Hibs jerbħu wkoll in-Knock-out

Wednesday, February 11, 2015, 22:52

BANK OF VALLETTA KNOCK-OUT 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

St. Nicholas Suns 59

Hibs 85

(17-26)(9-15)(20-29)(13-15)

Jekk fil-kampjonat Premier tal-football it-team ta’ Hibernians huwa dominanti, l-istess ħaġa qiegħdin jagħmlu fil-baksetball tat-tieni diviżjoni. Hibs rebħu wkoll il-BOV knock-out minbarra li jinsabu f’ras il-klassifika tal-kampjonat u huma l-uniku team mhux megħlub dan l-istaġun. It-team imexxi minn Ruben Baldacchino kisbu t-tieni unur tagħhom dan l-istaġun meta fil-finali għelbu lil St. Nicholas Suns 85-59. Suns kellhom jagħddu mingħajr Louis Camilleri fil-waqt li Hibs irkupraw lil Simon Attard, Gabriel Agius u Kurt Sultana. Suns sabu diffikulta jikkontrollaw is-saħħa ta’ Fabrizio Mariani taħt il-board u meta resqu viċin sploda ż-żagħżugħ Kieron Caruana speċjalment fit-tielet sessjoni b’erba’ three pointers. Wara li Suns ħadu l-ewwel vantaġġ 4-2 fl-ewwel żewġ minuti, Hibs wieġbu bi break ta’ 10-0 bi tlett baskets ta’ Mariano. Suns kellhom trippla minn Michael Barberi però Luke Farrugia wkoll wieġeb għal Hibs bi three pointer. Hibs żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Attard li għalaq it-taqsima bi trippla għal skor ta’ 26-17. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni, Hibs komplew jinqatgħu mill-avversarji meta fetħu bi break ta’ 9-0 b’ Caruana jagħmel seba’ punti hekk kif kiseb l-ewwel trippla tiegħu. Ir-risposta tas-Suns ġiet bi break ta’ 8-0 b’punti minn Lee Grech, Robert Mercieca, Hubert Agius u Barberi però qabel l-intervall Hibs kellhom il-punti ta’ Mariani biex daħlu jistrieħu 41-26 minn fuq.

Fit-tielet perjodu Suns tħabtu biex inaqqsu d-distakk però Hibs taw daqs kemm qalgħu u kellhom risposta kontinwa. Caruana kompla jentużjażma lill-partitarji numerużi ta’ Hibs b’żewġ trippli wara xulxin. Mercieca u Barberi bi trippla wieġbu għal Suns però Hibs ma waqfux u żiedu l-vantaġġ b’aktar punti minn Caruna li għamel il-ħames three pointer tiegħhu għal skor ta’ 70-46. Suns fetħu l-aħħar taqsima bi break ta’ 8-0 però Hibs reġgħu irrispondew hekk kif din id-darba kien Stefan Vella li kellhu żewġ trippli u Hibs bdew jiċċelebraw ir-rebħa. Huma għalqu l-partita b’basket minn Mike Giusti għal skor finali ta’ 85-59. Fi tmiem il-partita s-Sur Peter Perotti Chief Officer Bank of Valletta ppreżenta t-trofew lil Kieron Caruana fost il-ferħ tal-players sħabu u l-partitarji Pawlisti li qiegħdin jittamaw f’double ta’ rebħ ta’kampjonati.

St. Nicholas Suns: A. Pace, S. Borg, R. Camilleri, L. Grech 11, H. Agius 10, M. Barberi 12, K. Scicluna 3, R. Mercieca 21, R. Camilleri, S. Cauchi 2.

Hibs: M. Giusti 4, M. Houmpton, A. Baldacchino 3, L. Farrugia 8, S. Attard 12, G. Agius, K. Caruana 27, M. Roomets, K. Sultana , S. Vella 10, F. Mariani 19, D. Ross.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic, Luis Abuin.

Ritratti: MBA Facebook page, BOV Club facebook page.





Leave a comment