- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Hibs jerbħu t-tazza Louis Borg għat-tmien darba

Posted By sportinmalta1 On February 12, 2018 @ 4:59 pm In Basketball,Featured | No Comments

Tazza Louis Borg Nisa

minn Colin Schembri

Starlites GIG 51

Hibernians 57

(17-14)(8-11)(12-19)(14-13)

Wara li ltaqgħu fil-kampjonat jumejn qabel, Starlites GIG u Hibs iltaqgħu fil-finali tat-tazza Louis Borg u fl-ewwel leg Hibs fetħu vantaġġ ta’ 9 punti 57-51. Starlites irkupraw lil Patricia Arguello fil-waqt li għal Hibs kien hemm ir-ritorn wara xi staġuni tal-player Maria Said. Mill-bqija ż-żewġ timijiet keinu bil-formazzjoni tipika tagħhom. L-andament tal-partita kien ovvjament differenti minn dik tal-kampjonat biż-żewġ timjiet viċin ta’ xulxin għal ħin twil għalkemm Hibs kellhom mument deċisiv lejn tmiem it-tielet perjodu. Fl-ewwel sessjoni l-logħob kien bilanċjat bil-Hibs jieħdu l-ewwel vantaġġ bi Starlites jirmedjaw. Kienu Hibs li fetħu bil-punti ta’ Rachel Kehoe u Elena Cassar bi Starlites iwieġbu permezz ta’ Arguello u Adriana Lupo biex marru 11-7 minn fuq. Punti ta’ Silvia Gambino, li kellha finali mill-aqwa, ressqu ll Hibs punt ‘l bogħod però baskets ta’ Kirsty Galea ħallew lil Starlites fuq quddiem 17-14 fi tmiem it-taqsima. Fit-tieni perjodu, l-punti naqsu xi ftit però Starlites irnexxielhom iżommu l-vantaġġ. Arguello u Samantha Farrugia u Galea kisbu l-punti għalijhom fil-waqt lil Gambino u Sam Brincat qasmu l-punteġġ ta’ Hibs biex fl-intervall kellna parita 25-25.

Starlites fetħu t-tielet taqsima b’basket ta’ Arguello minkejja d-difiża stretta ta’ Sophie Abela fuqha. Hibs irrispondew b’seba’ punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Brincat però Starlites reġgħu irkupraw permezz ta’ Galea u Stephanie Davies. Hibs żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Gambino, Kristy Caruana, Kehoe u Abela biex irnexxielhom jieħdu vantaġġ ta’ seba’ punti 44-37. Fl-aħħar sessjoni, Starlites bdew bil-punti ta’ Arguello u Lupo għalkemm bejniethom Hibs kellhom trippla oħra minn Brincat. Hibs żiedu l-vantaġġ għal 10 punti 53-43 wara baskets minn Brincat u Kehoe però Starlites għalqu l-partita bi trippli minn Arguello u Davies biex naqqsu d-distakk għal sitt punti 51-57 u ħallew kollox miftuħ għat-tieni partita.

Starlites GIG: M. Zammit Cordina, K. Galea 9, J. Doughty, S. Farrugia 2, H. Acreman 1, D. Revol, M. Riolo, E. Magrin, P. Arguello 26, M. Cutajar, S. Davies 5, A. Lupo 8.

 

Hibs: E. Micallef, E. Cassar 5, S. Gambino 19, S. Brincat 17, I. Agius, J. Abela, S. Abela 3, K. Caruana 2, N. Farrugia, R. Kehoe 9, M. Said, J. Scerri 2.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Jason Cole.

Hibernians 63

 

Gżira Athleta 57

(14-11)(18-12)(17-18)(14-16)

Aggregate: 120-108

Hibernians irnexxielhom iżommu r-reazzjoni ta’ Starlites fit-tieni finali li rebħuha wkoll b’distakk ta’ sitt punti 63-57 biex rebħu t-tazza Louis Borg fuq aggregate ta’ 120-108. Dan kien it-tmien suċċess tagħhom f’din il-kompetizzjoni wara l-ewwel suċċess lura għall-istaġun 2000/01 u sitt suċċessi bejn l-istaġuni 2005/06 u 2011/12. Starlites għat-tieni sena konsekuttiva spiċċaw fuq in-naħa telliefa wara li kienu tilfu l-finali tal-istaġun li għadda b’żewġ punti. Però huma offrew sfida denja u baqgħu viċin tul il-partita kollha. Iż-żewġ timijiet ippreżentaw l-istess formazzjoni ta’ ġurnata qabel. Hibs fetħu bil-punti tal-captain Elena Cassar u Rachel Kehoe biex marru 9-2 minn fuq. Starlites irkupraw u għamlu l-iskor indaqs bil-punti ta’ Patricia Arguello u Kirsty Galea qabel ma Hibs għamlu break qasir ta’ 5-0 minn Sophie Abela u Silvia Gambino u temmew l-ewwel sessjoni 14-11 minn fuq. Fit-tieni taqsima Hibs kabbru l-vantaġġ meta bdew b’run ta’ 9-4 bil-punti ta’ Gambino u Sam Brincat. Arguello u Galea wieġbu għal Starlites però bejniethom kien hemm il-punti ta’ Gambino li ħallew lil Hibs fuq quddiem u fil-half-time kienu 32-23 minn fuq.

Wara l-intervall Starlites fetħu tajjeb meta bdew bit-three

Ritratt: Wally Galea

pointers minn Jean Doughty u Arguello biex naqqsu d-distakk għal 3 punti 31-34. Hibs irkupraw u kellhom il-punti ta’ Brincat u Cassar u minkejja li Starlites kellhom trippla oħra minn Galea, Hibs baqgħu fil-kontroll wara baskets ta’ Gambino u three pointer ieħor minn Brincat. Starlites għalqu s-sessjoni b’ħames punti minn Galea iżda Hibs kienu għadhom 49-41 minn fuq flimkien mas-sitt punti li ġarrew magħhom mill-ewwel finali. Starlites għamlu sforz qawwi fil-ftuħ tal-aħħar taqsima meta fetħu b’run ta’ 10-2 fosthom trippla oħra ta’ Doughty biex marru minn fuq 52-51. Hibs kellhom il-punti kruċjali ta’ Gambino u trippla ta’ Brincat  biex marru minn fuq 59-54. Three pointer ta’ Stepanie Davies ħalla lil Starlites jittamaw  iżda l-aħħar punti ta’ Gambino u Julia Scerri serrħu ras Hibernians li rebħu l-partita 63-57 u t-tazza b’aggregate ta’ 120-108. Fi tmiem il-partita s-Segretarju Ġenerali tal-MBA ppreżenta t-tazza lil captain ta’ Hibernians Elena Cassar għall-ewwel unur tagħhom dan l-istaġun.

Hibs: E. Micallef, E. Cassar 13, S. Gambino 19, S. Brincat 12, I. Agius, J. Abela, S. Abela 7, K. Caruana, N. Farrugia, R. Kehoe 8, M. Said, J. Scerri 4.

 

Starlites GIG: M. Zammit Cordina, K. Galea 16, J. Doughty 8, S. Farrugia 4, H. Acreman 2, D. Revol, M. Riolo, E. Magrin, P. Arguello 22, M. Cutajar, S. Davies 3, A. Lupo 2.

Referees: Emanuel Mangani, Tuomas Mantere, Kamil Dworniczak.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/hibs-jerbhu-t-tazza-louis-borg-ghat-tmien-darba/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.