- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Hibs jerbħu l-kampjonat tal-irġiel taħt id-dsatax –il sena

Posted By sportinmalta1 On May 1, 2018 @ 10:16 am In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat St. James Hospital Under 19 Men – FINALI

minn Colin Schembri

Starlites GIG 62

Hibernians 72

(17-19)(13-14)(18-10)(14-29)

Hibs rebħu l-kampjonat St. James Hospital ta’ taħt id-19 –il sena

Ritratt: Andrew Large

meta fil-finali għelbu lil Starlites GIG 72-62. Uċuh familjari fuq iż-żewġ naħat hekk kif diversi players li lagħbu din il-finali jimmilitaw b’mod regolari fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni u ankè mal-ewwel team.  Starlites temmew l-istaġun regolari b’disa’ rebħiet u 3 telfiet u fis-semi finali għelbu lil Athleta 83-66. Minn naħa tagħhom, Hibs kkwalifikaw għal finali wara rebħa ta’ 49-40 fuq Luxol wara li spiċċaw l-isaġun b’seba rebħiet u ħames telfiet. Kien Aryton Galea li fetaħ il-partita b’sitt punti konsekuttivi għal Hibs. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet minn Ian Felice Pace u Mirco Azzopardi. Hibs kellhom run ta’ 11-5 b’żewġ trippli minn Paul Attard u Michele Laferla però Starlites għamlu l-aħħar sitt punti tas-sessjoni għal skor ta’ 19-17. Fit-tieni perjodu, Hibs kabbru l-vantaġġ wara punti minn Isaac Bonett u Laferla. Starlites wieġbu permezz ta’ Azzopardi u Isaac Pace biex marru minn fuq 28-27 iżda qabel l-intervall punti ta’ Bonett u trippla ta’ Laferla raw lil Hibs jidħlu jistrieħu 33-30 minn fuq. Fit-tielet perjodu, Hibs baqgħu fuq quddiem hekk kif Attard kiseb trippla oħra . Hawn però Starlites kellhom mument mill-aqwa b’erba’ three pointers minn Felice Pace, Pace u Matthew Scerri biex kienu huma li temmew is-sessjoni minn fuq 48-43. L-aħħar taqsima fetħet b’basket fuq kull naħa qabel ma’ Hibs ħasdu lill-avversarji bi tlett trippli mingħajr risposta minn Bonett u Laferla u marru fuq quddiem 54-50. Starlites wieġu bil-punti ta’ Pace u Alex Xuereb qabel mal-Pawlisti kellhom run oħra ta’ 10-2 fejn Bonett u Attard kellhom trippla kull wieħed. Starlites

Ritratt: Andrew Large

għamlu sforz finali u waslu sa’ 3 punti ‘l bogħod 62-65 u ppruvaw iwaqqfu l-arloġġ bil-fouls però Hibs kienu preċiżi minn fuq il-free-throw line biex ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 72-62. Fi tmiem il-partita l-President tal-MBA Paul Sultana ppreżenta t-trofew ta’ Champions lil captain ta’ Hibs Jamie Debono fost il-ferħ tal-players u l-partitarji Pawlisti hekk kif Hibs għamlu d-double f’din il-kategorija wara s-suċċess tat-tfajliet.

Starlites: Owen Psaila 4. Mirco Azzopardi 14, Andrea Vella, Ian Felice Pace 11, Miguel Fabri, Isaac Pace 10, Matthew Scerri 13, Miguel Vella, Emil Sumovskj, Alex Xuereb 10.

 

Hibs: Michele Laferla 14, Aryton Galea 8, Zane Camilleri, Paul Attard 16, Isaac Bonett 24, Jamie Debono 3, Matthew Attard, Matthias Buhagiar 5, Ricky Aquilina 2.

Referees: Gordon Barbara, Nicky Azzopardi, Vladimir Nikolic


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/hibs-jerbhu-l-kampjonat-tal-irgiel-taht-id-dsatax-il-sena/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.