Hibs jegħlbu lil Phoenix wara partita stupenda

Thursday, February 20, 2014, 21:38

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Mellieħa Tritones 47

Miscela D’oro Mtarfa 60

(13-20)(11-9)(14-20)(9-11)

Miscela D’oro Mtarfa kisbu t-tieni rebħa kontra Mellieħa fil-kampjonat bl-iskor ta’ 60-47 b’wirja tajba fejn kellhu partita stupenda Timothy Zammit. Mellieħa dehru team demoralizzat wara li tilfu ċ-ċans li jirbħu l-kampjonat u kienu wkoll mingħajr Glenn Gauchi Grech. Zammit beda mal-ewwel b’ħames punti fosthom trippla. Mellieħa wieġbu bil-baskets ta’ Karl Cucciardi u Rihards Polis però l-punti ta’ Mtarfa komplew ġejjin bi trippla ta’ Zammit u basket ta’ Jarnis Viibe. Mellieħa kellhom trippla ta’ Polis u basket ta’ Jarnis Viibe. Mellieħa kellhom trippla ta’ Polis u basket ta’ Joshua Aquilina però Mtarfa temmew is-sessjoni 20-13 minn fuq. Il-ftuħ tat-tieni perjodu l-logħob kien aktar maqsum hekk kif iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin. Lejn it-tmiem Mellieħa kellhom il-punti konsekuttivi ta’ Polis biex naqqsu d-distakk għal ħames punti 24-29.

Fit-tielet taqsima Mtarfa reġgħu bdew bi trippla ta’ Zammit u basket ta’ Daniel Farrugia. Mellieħa wkoll kellhom it-three pointers ta’ Aquilina u Oliver Sammut iżda Mtarfa żiedu l-vantaġġ wara punti minn Darrel Schembri u Kurt Xuereb. Wara basket ta’ Samuel Aquilina għal Mellieħa, Zammit kellhu sitt punti oħra għal skor ta’ 49-38. Fl-aħħar taqsima l-vantaġġ ta’ Mtarfa tela’ għal 15 –il punt 55-40 u għalkemm Mellieħa kellhom il-baskets ta’ Aquilina u Clint Grixti ma setgħux jersqu viċin biżżejjed tal-avversarji. Mtarfa għalqu l-partita bil-punti ta’ Josef Attard u Zammit biex ħarġu rebbieħa 60-47.

Mellieħa Tritones: C. Grixti 8, M. Farrugia 8, J. Muscat, S. Aquilina 4, P. Magro, O. Sammut 5, J. Aquilina 16, R. Polis 10, P. Cauchi, K. Cucciardi 4.

Miscela D’oro Mtarfa: J. Attard 2, A. Psaila, K. Xuereb 6, C. Calleja 1, N. Grech, D. Farrugia 4, T. Zammit 34, S. Zammit, J. Viibe 4, R.J Zammit 2, D. Schembri 7.

Referees: Emanuel Mangani, Svezdan Dobrosaviljevic

Hibs 75

Phoenix The Chef Bistro 74

(14-12)(11-15)(11-19)(29-19)(10-9)

Hibs vs Phoenix

Hibs vs Phoenix

F’waħda mill-isbaħ partiti tal-istaġun, Hibs għelbu lil Phoenix The Chef Bistro 75-74 wara l-ħin barrani. Partita li ħalliet lin-numru sabiħ ta’ spettaturi fuq ix-xwiek hekk kif inbidel kollox fl-aħħar sekondi. Dawn iż-żewġ timijiet jerġgħu jiltaqgħu nhar il-Ħadd fil-finali tal-BOV knock-out. Il-partita mill-ewwel dehret li se tkun missielta hekk kif fetħet b’seba’ punti fuq kull naħa. Hibs kellhom il-punti tas-solitu Svens Niedritis flimkien ma’ Ryan Carabott. Id-dħul ta’ Goran Mitrovic serva biex hu flimkien ma’ Jonathan Ransley bdew jirrispondu għal Phoenix. Il-punti komplew ġejjin fuq kull naħa u Antoine Costa kellhu trippla għal Phoenix però Hibs temmew is-sessjoni fuq quddiem 14-12. It-tieni taqsima fetħet bi break ta’ 7-0 minn Phoenix bi trippla oħra ta’ Costa. Hibs irrispondew b’basket ta’ Kieron Caruana u ħames punti ta’ Luke Farrugia bi three pointer biex ġabu l-iskor indaqs 21-21. Phoenix kellhom il-punti ta’ Clayton Camenzuli, Ransley u Mitrovic biex daħlu jistrieħu minn fuq 27-25.

Wara l-intervall Phoenix reġgħu bdew b’run oħra ta 7-0 b’żewġ baskets ta Mitrovic u trippla ta’ Costa. Niedritis wieġeb għal Hibs però run ta’ 9-2 minn Phoenix tathom vantaġġ massimu ta’ 12 –il punt 43-31. Hawn Hibs naqqsu d-distakk b’basket ta’ Simon Attard u trippla ta’ Niedritis b’ Phoenix itemmu s-sessjoni bi tlett freethrows ta’ Costa għal skor ta’ 46-36.Hibs naqqsu d-distakk fil-bidu tar-raba’ taqsima wara punti minn Niedritis u Adrian Baldacchino. Costa għamel trippla oħra però Hibs ma ċedewx u baqgħu jnaqqsu l-iżvantaġġ. Żewġ minuti mit-tmiem kien hemm three pointer fuq kull naħa għal skor ta’ 60-58 b’ Phoenix jagħmlu 5 punti oħra u jmorru sebgħa minn fuq 65-58. Hawn waslu punti konsekuttivi minn Niedritis fosthom trippla fl-aħħar tmien sekondi li ġabet l-iskor 65-65 wara li Ransley falla żewġ free-throws. Il-partita marret fil-ħin barrani u trippla oħra ta’ Costa tat vantaġġ lil Phoenix. Hibs kellhom il-punti ta’ Attard u Gabriel Agius biex marru huma minn fuq 73-70. Ransley reġa’ naqqas id-distakk però falla wkoll il-lay-up tar-rebħa biex Hibs ħarġu rebbieħa 75-74.

Hibs: S. Niedritis 30, A, Baldacchino 3, L. Farrugia 9, S. Attard 15, G. Agius 6, K. Caruana 6, C. Bugeja, R. Cortis, R. Carabott 6, K. Sultana.

Phoenix The Chef Bistro: L. Azzopardi, M. Grech, C. Briffa, R. Jimenez, D. Debattista 7, R. Curmi, C. Camenzuli 4, G. Mitrovic 27, A. Costa 22, J. Ransley 14, A. Toompere.

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani.

Lightning Mondays 10

SN Suns 119

(5-31)(0-32)(5-24)(0-32)

Suns kisbu t-tieni rebħa fi spazju ta’ ġimgħa fuq Lightning Mondays din id-darba bi skor ikbar 119-10 għalkemm ma stajtx nifhem għalfejn ħassew il-bżonn ta’ full court press kontrijhom. Il-partita bdiet bil-punti kontinwi ta’ Hubert Agius u r-risposta ta’ Lightning Mondays ġiet minn basket ta’ Dinish Godwani u trippla ta’ Anthony Hatherly. Fit-tieni perjodu kien hemm biss punti ta’ Suns fosthom aktar minn Agius u Keith Scicluna biex kienu 63-5 minn fuq fil-half time.

Wara l-intervall kien hemm it-three pointers minn Stefano Borg u Michael Barberi għal Suns fil-waqt li Matthew Caruana u Christopher Mifsud bi trippla wieġbu għal Lightning Mondays. L-aħħar taqsima wkoll kienet kollha f’idejn Suns li laħqu l-mitt punt b’basket ta’ Agius u għalqu l-partita bi trippla ta’ Reno Camilleri għal skor finali ta’ 119-10.

Lightning Mondays: D. Caruana, L. Randazzo, M. Caruana 2, D. Godwani 2, C. Mifsud 3,  D. Saliba, A. Hatherly 3.

SN Suns: A. Pace 5, S. Borg 5, K. Scicluna 15, L. Grech 6, H. Agius 50, M. Barberi 5, S. Vella 6, R. Mercieca 13, R. Camilleri 10.

Referees: Stephen Micallef, Brian Sly

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Phoenix The Chef Bistro

12

8

4

20

St. Nicholas Suns

11

9

2

20

Hibs

11

8

3

19

Mellieħa Tritones

11

5

6

16

Miscela D’Oro Mtarfa

11

4

7

15

Lighting Mondays

12

0

12

12





Leave a comment