- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Hibs jagħtu l-ewwel telfa lill-Athleta u l-ewwel rebħa ta’ Luxol

Posted By sportinmalta1 On January 20, 2020 @ 9:10 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Depiro 86

Luxol 89

(20-9)(14-26)(22-25)(30-39)

Luxol kisbu l-ewwel rebħa fil-kampjonat fejn wara partita kumbattuta għelbu lil Depiro 89-86 li tfisser ir-raba’ telfa tagħhom fil-kampjonat. Iż-żewġ timijiet ippreżentaw il-players Amerikani ġodda tagħhom fejn spikka bla dubju William Claiborne ta’ Luxol li kiseb total ta’ 46 punt, ħafna minnhom minn taħt il-board grazzi għat-tul tiegħhu. Depiro kellhom lil Cordarius Johnson jiddebutta però kellhu partita kwieta hekk kif wasal f’pajjiżna nhar Il-Ġimgħa. Iż-żewġ timijiet kellhom ukoll players importanti nieqsa fejn Depiro kienu mingħajr Kurt Xuereb u Luxol kellhom nieqes lil Vukassin Jandric. Depiro kellhom ukoll l-isfortuna li jitilfu lil Omar Said lejn tmiem il-partita b’injury serja fl-għaksa u minn hawn nawgurawlu ritorn mill-aktar fis. Depiro ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 9-2 sa’ nofs l-ewwel sessjoni bi trippla ta’ Nicholas Grech. Luxol wieġbu b’żewġ baskets ta’ Claiborne però għal Depiro waslu l-ewwel punti ta’ Quin Cooper u tripppla oħra ta’ Grech biex temmew l-ewwel sessjoni 20-9  minn fuq. Fit-tieni perjodu, Depiro fetħu bi trippla ta’ Matthew Borg però hawn Luxol għamlu run ta’ 10-0 bi Clairborne u Keith Dimech jiksbu l-punti u naqqsu d-distakk għal basket. Depiro waqqfuhom bi trippla ta’ Adam Chomo u basket ta’ Daniel Farrugia però Luxol għamlu run oħra ta’ 10-2 bi trippla ta’ Dimech biex marru basket minn fuq u sal-intervall baqgħu fuq quddiem 35-34.

Fit-tielet taqsima kien hemm botta u risposta fuq bit-timijiet jirrispondu lil xulxin biex Luxol żammew il-vantaġġ. Punti konsekuttivi ta’ Said u Johnson poġġew lil Depiro fuq quddiem iżda Luxol kellhom risposta permezz taż-żagħżugħ Juan Cefai li kellhu żewġ trippli u baqgħu minn fuq fit-tmiem is-sessjoni 60-56. Fl-aħħar taqsima Depiro bdew tajjeb bil-punti ta’ Said u Cooper u run ta’ 8-0 rathom jaqilbu r-riżultat favurhom 70-65. Luxol ma tfxklux u kellhom it-trippli ta’ Slavko Opojevlic u oħra ta’ Cefai u fetħu vantaġġ ta’ 3 punti. Depiro ġew lura u l-vantaġġ beda jibdel l-idejn fl-aħħar minuti qabel ma Luxol għamlu break deċisiv ta’ 7-2 bi trippla ta’ Dimech u minkejja l-isforzi ta’ Depiro huma ma rnexxielhomx jerġgħu jirkupraw u Luxol ħadu r-rebħa 89-86.

Depiro: Q. Cooper 27, J. Attard, D. Farrugia 2, N. Grech 7, O. Said 7, M. Borg 3, A. Chomo 19, A. Attard 4, C. Johnson 17.

 

Luxol: J. Cefai 11, N. Andrejevic, K. Gauchi, E. Caruana Montaldo, F. Mifsud Bonnici 6, JP Schembri 4, K. Dimech 14, I. Pace, L. Trapani, W. Claiborne 46, S. Opojevlic 7, S. Cappello 1.

Referees: Bernard Vassallo, Luke Camilleri, Sejmir Tafilica

Hibernians 87

 

Gżira Athleta 74

(20-12)(24-24)(22-18)(21-20)

Hibernians taw l-ewwel telfa tal-kampjonat lic-champions Gżira Athleta

Ritratt: Wally Galea

wara ħames partiti b’wirja mill-aqwa sa’ mill-bidu tal-partita meta ħasduhom b’run ta’ 16-0. Għalkemm Athleta rkupraw u saħansitra ġabu lura d-distakk sa’ nofs it-tieni sessjoni, Hibs ma tkfixlux kif ġralhom drabi oħra u reġgħu ħadu l-vantaġġ li baqa’ dejjem f’idejhom sa’ tmiem il-partita. Trippla ta’ Nikola Vasovic li wkoll kellhu partita tajba fetħet il-partita għal Hibs li kompelw sejrin b’sensiela ta’ punti oħra fosthom minn Anton Axiaq u l-Amerikani Jay Hardy u Chandler Rowe biex marru 16-0 minn fuq. Sitwazzjoni rari għat-team tal-Athleta li però wara time-out u xi bdil tal-players bdew it-triq lura u għamlu 10 punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Matthew Gouder. Hibs wieġbu permezz ta’ David Bugeja u trippla ta’ Vasovic biex temmew l-ewwel sessjoni 20-12 minn fuq. Fit-tieni perjodu kienu Athleta li bdew l-aħjar bi trippla ta’ Peter Shoults għalkemm Hibs wieġbu permezz ta’ Ivan Demcesen u Bugeja. Athleta komplew bi break ta’ 10-2 b’diversi punti ta’ Gouder fosthom trippla u ppareġjaw il-partita 29-29. Hibs wettqu reazzjoni primarjament minn Rowe hekk kif għamlu sensielta ta’ punti mingħajr risposta u daħlu jistrieħu 44-36 minn fuq.

Wara l-intervall Athleta bdew bit-trippli minn Ian Thiesen u Gouder flimkien mal-punti ta’ Conell Crossland u reġgħu naqqsu d-distakk għal 3 punti 47-50. Ir-risposta tal-Pawlisti ġiet minn Hardy u Axiaq flimkien mat-trippli minn Vasovic u l-istess Hardy biex kabbru l-vantaġġ għal 12 -il punt 66-54. Fl-aħħar sessjoni, Hibs komplew iżidu l-vantaġġ wara trippli ta’ Hardy u Vasovic li bejniethom qasmu 36 punt. Athleta ftit setgħu jersqu viċin għaliex Hibs irrispondew għal punti tagħhom u d-distakk baqa’ wieħed konsiderevoli. Lejn it-tmiem kien hemm it-trippli minn Shoults u Crossland però servew biss biex Athleta jnaqqsu d-distakk hekk kif Hibs ħarġu rebbieħa 87-74.

Hibernians: P. Attard, D. Bugeja 9, K. Caruana, L. Farrugia 9, J. Hardy 18, I. Bonnett, N. Vasovic 18, A. Axiaq 4, M. Matijevic 6, M. Attard, C. Rowe 25, I. Demcesen 2.

 

Gżira Athleta: C. Crossland 25, E. Sciberras, P. Shoults 6, L. Stefanovic, S. Galea, N. Xuereb, M. Gouder 24, I. Thiesen 17, E. Abela, R. Abela, S. Pace 2.

Referees: Bernard Vassallo, Luke Camilleri, Kamil Dworniczak 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

6

5

1

11

518

459

Hibernians

6

3

3

9

507

480

Starlites GIG

5

3

2

8

438

425

Depiro

6

2

4

8

535

557

Bupa Luxol

5

1

4

6

375

452

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/hibs-jaghtu-l-ewwel-telfa-lill-athleta-u-l-ewwel-rebha-ta-luxol/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.