Hibs inaqqsu t-tamiet tal-Athleta

Wednesday, January 30, 2013, 1:32

minn Colin Schembri

Depiro 92

Phoenix Petrus Pizza Qormi 49

(21-15)(13-11)(31-8)(27-15)

 

Phoenix Petrus Pizza Qormi kellhom prestazzjoni posittiva sa’ tmiem l-ewwel taqsima kontra Depiro pero’ mit-tielet sessjoni ‘l quddiem Depiro ddominnaw speċjalment permezz ta’ Steffi De Martino biex kisbu s-sitt rebħa tal-kampjonat u reġgħu telgħu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika b’logħba iżjed minn Luxol. Għal Depiro rritornat Beverlee Zammit fil-waqt li Phoenix kienu mingħajr Alexis Cutajar. Il-bidu tal-partita kien ekwilibrat u De Martino għal Depiro u Brittaney Thomas għal Phoenix bdew jagħmlu punti kontinwi għal skor ta’ 9-9. Samantha Brincat kellha ħames punti għal Depiro fosthom trippla u wara li għal darb’oħra Phoenix ġabu l-iskor indaqs b’punti ta’ Christine Scicluna, Depiro għalqu l-perjodu bi break ta’ 6-0 għal skor ta’ 21-15. It-tieni sessjoni reġgħet fetħet b’punti fuq kull naħa u wara reġgħu kienu De Martino u Brincat li kabbru l-vantaġġ ta’ Depiro wara punti konsekuttivi. Ir-risposta ta’ Phoenix ġiet primarjament minn Thomas pero’ sal-intervall Depiro rnexxielhom jiftħu vantaġġ ta’ 8 punti 34-26.

Wara l-intervall l-istorja nbidlet minkejja li Phoenix bdewha bi trippla fl-ewwel minuta minn Martha Abela. Depiro għamlu run qawwija ta’ 20-1 bi trippla ta’ Beverlee Zammit u baskets minn Latisha Belcher, Francesca Biancho u De Martino. Thomas kisbet żewġ baskets għal Phoenix pero’ l-punti ta’ Depiro komplew ġejjin kontinwament u bjen tmiem it-tielet sessjoni u l-ftuħ tar-raba’, huma għamlu break ieħor ta’ 10-0 għal skor ta’ 72-34. Iktar punti minn De Martino u Maria Bonnett komplew jaraw lil Depiro jiddistakkaw ruħhom mil-avversarji biex rebħu l-partita 92-49.

 

Depiro: A. Mifsud 2, G. Mifsud, F. Biancho 6, S. Brincat 12, M. Bonnett 6, S. De Martino 41, M. Mifsud, M. Scicluna, L. Belcher 15, C. Camilleri 4, S. Micallef 4, B. Zammit 6.

Phoenix Petrus Pizza Qormi: M. Abela 3, V. Camilleri, M. R. Agius, C. Scicluna 7, Y. Agius, N. Said 2, B. Thomas 37, J. Millo, A. Demanuele.

Referees: Emanuel Mangani, Steve Gouder

 

Starlites Sports Experience 49

Alyssa Ashley Loyola 77
(12-17)(11-23)(10-20)(16-17)

 

Kif mistenni Alyssa Ashley Loyola għamlu d-double fuq Starlites Sports Experience biex kisbu l-ħames rebħa fil-kampjonat 77-49. Għal Starlites kien hemm id-debutt ta’ Christine Sammut pero’ kienu mingħajr Ariana Grixti u Stephanie Davies fil-waqt li għal Loyola rritornaw Adalia Bonanno u Justine Mangion. Il-partita kellha bidu kwiet u wara l-ewwel erba’ minuti, Loyola kienu 5-2 minn fuq. Huma komplew bi break ta’ 10-3 b’Lindsey Pirotta tagħmel trippla għal Starlites li għalqu s-sessjoni b’żewġ baskets konsekuttivi għal skor ta’ 17-12 favur Loyola. It-tieni perjodu fetaħ bi break ta’ 12-1 minn Loyola b’diversi punti tal-Amerikana Brietta Thomas fosthom trippla. Wara basket minn Amanda Farrugia għal Starlites, Loyola komplew iżidu l-vantaġġ b’iktar punti minn Thomas flimkien ma’ Mangion u Emma Moore biex sal-intervall kabbru d-distakk għal 17 –il punt 40-23.

Wara l-mistrieħ, Loyola komplew jiddominaw il-partita speċjalment permezz ta’ Thomas li kellha wkoll tlett three pointers. Starlites wieġbu kif setgħu permezz ta’ Marilou Cutajar pero’ Loyoa għalqu t-taqsima b’iktar punti minn Thomas u Mangion f’run oħra ta’ 7-0 għal skor ta’ 60-33. Fl-aħħar sessjoni kien hemm spazju għal players ta’ fuq il-bank ta’ Loyola biex is-sessjoni kienet aktar bilanċjata. Minkejja aktar trippli minn Thomas, Starlites irnexxielhom jagħmlu run ta’ 8-0 bejn is-sitt u d-disa’ minuta biex naqqsu xi ftit id-distakk. Lejn it-tmiem kien hemm baskets fuq kull naħa biex Loyola rebħu l-partita 77-49.

 

Starlites Sports Experience: A. Farrugia 5, C. Riolo,  S. Tabone 8, L. Pisani, L. Pirotta 10, N. Attard 8, C. Sammut 6, M. Cutajar 12.

Alyssa Ashley Loyola: E. Moore 6, L. Pace, J. Doughty 4, M. Gatt 2, D.Said Hollier, K. Tonna 6, A. Bonanno 11, J. Mangion 6, P. Montanaro, B. Thomas 40, SJ Barbara 2, F. Camilleri

Referees: Emanuel Mangani, Jacques Abeng

 

Hibs 57

Honey Athleta 53

(13-6)(13-12)(11-15)(20-20))

 

Xejn anqas minn rebħa ma kienet tissodisfa lil dawn iż-żewġ timijiet għal raġunijiet differenti. Hibs riedu jerbħu biex jinsew id-diżappunt tan-Knock out u Honey Athleta riedu rebħa biex jibqgħu jittamaw għal post fil-playoffs. Finalment kienu Hibs li rebħu l-partita b’distakk ta’ 4 punti 57-53.Lucienne Bezzina ma ħaditx sehem fil-partita u l-coach Bruno Di Pietrantonio ta’ ċ-ċans lil player żagħżugħa Emma Micallef li ma diżappuntatux u kellha prestazzjoni posittiva. Hibs bdew tajjeb bil-punti ta’ Khadi Soune Sagna u marru 8-2 minn fuq wara l-ewwel erba’ minuti. Il-punti naqsu wara basket ta’ Aleksandra Ratomska għall-Athleta u s-sessjoni ntemmet bil-Hibs minn fuq 13-6. Athleta għanmlu 4 punti fil-ftuħ tat-tieni sessjoni pero’ Hibs wieġbu bi break sabiħ ta’ 11-0 b’iktar punti minn Sagna u Micallef li kella wkoll trippla fit-tmien minuta biex Hibs kabbru l-vantaġġ għal 14 –il punt 26-12. Athleta għalqu l-perjodu bi break qasir ta’ 6-0 biex naqqsu d-distakk għal 8 punti qabel l-intervall 18-26.

Hibs reġgħu żiedu l-vantaġġ fil-bidu tat-tielet sessjoni wara baskets minn Maria Desira u Sagna. Athleta wieġbu b’run ta’ 7-1 biex waslu sa’ 4 punti ‘l bogħod u dan ma kienx biżżejjed għaliex wara basket minn Joselle Borg Cardona, punti minn Ratomska u Madeiline De Martino komplew iressqu lil Athleta viċin. Fir-raba’ perjodu, kien hemm baskets fuq kull naħa biex Hibs żammew lill-avversarji 4 punti ‘l bogħod 41-37. Athleta għamlu sforz ieħor u għal darbtejn waslu sa’ basket minn taħt pero’ meta Hibs għamlu break ta’ 8-2 dehru ċerti mir-rebħa. Pero fl-aħħar minuta kien hemm trippla ta’ Leanne Sciberras u punti minn Ratomska u f’daqqa waħda Athleta reġgħu daħlu fil-partita. Pero’ l-free-throws ta’ Micallef fl-aħħar sekondi aċċertaw lil Hibs mil-ħames rebħa tagħhom fil-kampjonat fuq skor finali ta’ 57-53.

 

Hibs: J. Scerri, L. Bezzina, F. Mifsud, M. Desira 2, A. Borg 10, N. Mifsud 2, E. Micallef 13, J. Borg Cardona 6, K. Soune Sagna 24

Honey Athleta: M. De Martino 4, A. Ratomska 21, J. Xuereb, L. Calleja 2, L. Sciberras 14, M. A. Duca, G. Muscat, E. Vella 3, M.C. Cilia, C. Ciantar 6, C. Mifsud 3.

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro

 

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Depiro

7

6

1

13

559

345

Luxol

6

5

1

11

441

323

Hibs

7

5

2

12

397

354

Alyssa Ashley Loyola

7

5

2

12

465

425

Honey Athleta

7

2

5

9

365

416

Phoenix Petrus Pizza Qormi

7

1

6

8

359

499

Starlites Sports Experience

7

0

7

7

264

488

 

 





Leave a comment