Hibs Futsal għall-Fillandja

Tuesday, August 27, 2013, 8:58

Minn Robert Busuttil

It-tim rebbieh tal-kampjonat Malti tal-Futsal ghall-istagun 2012/2013, Hibernians FC Futsal, illum telqu lejn il-Fillandja sabiex jikkompetu fir-rawnd preliminari tal-UEFA Futsal Cup.  F’din il-kompetizzjoni t-tim Malti ser jilghab kontra champions tal-Germanja (Hamburg Panthers), Danimarka (JB Futsal Gentofte) u Finlandja (FS Ilves Tampere) li huma tim ospitanti.

 

Hibernians ilhom jippreparaw bit-tahrig intensiv taghhom ghal dawn l-ahhar seba’ gimghat. Fil-fatt l-iskwadra ta’ Hibernians FC Futsal hija maghmula minn players internazzjonali kemm Maltin kif ukoll barranin.  F’din l-iskwadra insibu hames players internazzjonali barranin flimkien ma’ players internazzjonali Maltin.  Dan kollu bl-iskop li Hibernians igibu l-aqwa rizultat possibli.

 

Minhabba d-differenza kbira li wiehed isib f’dawn il-kompetizzjonijiet internazzjonali meta ikkumparat mal-lig Malti, Hibernians hadu hsieb illi t-tahrig intensiv taghhom ikun taht il-gwida ta’ kowc t’esperjenza internazzjonali fil-Futsal.  Fil-fatt it-tim qieghed jitmexxa minn Avantil Asatiani li huwa l-kowc responsabbli mit-tim tal-futsal tal-Georgia.

 

Wiehed qieghed jistenna kompetizzjoni iebsa hafna mit-timijiet fil-grupp ta’ Hibernians anke minhabba li t-timijiet huma kollha Nordici u ghaldaqstant il-loghba ta’ dawn it-timijiet tkun fizika hafna.  L-akbar sfida ser tkun kontra t-tim ospitanti ta’ FS Ilves Tampere li ser ikunu qed jilaghbu quddiem is-supporters taghhom.

 

Il-kontingent Malti maghmul minn 14-il player, staff u delegate li b’kollox jammonta ghal 21 persuna telaq illum minn Malta sabiex jasal Tampere il-Finlandja kmieni filghodu u jkun jista jaghmel sessjoni ta’ tahrig aktar tard mal-gurnata, lejliet l-ewwel loghba important.

 

L-impenji ta’ Hibernians FC Futsal ser ikunu hekk:-

L-Erbgha 28/08/2013 kontra Hamburg Panthers fis-6:00pm, il-Hamis 29/08/2013 kontra FS Ilves Tampere fit-8:00pm, u s-Sibt 31/08/2013 kontra JB Futsal Gentofte fl-4:00pm.  Il-kontingent jiritornal lura Malta it-Tnejn filghodu.

 

It-tim ta’ Hibs ser ikun maghmul minn din l-iskwadra:-

 

Goalkeepers:- Christian Cassar, Brian Baldacchino, Cain Agius

 

Players:- Frank Ellul, Darren Agius, Melvin Borg, Boicho Marev, Georgi Gerasimov, Levan Kobeidze, Kurt Bartolo, Daniel Brincat, Xavier Saliba, David Bobokhidze, Blogovist Marev.

 

Coach:- Avandil Sanitiani

Asst. Coach:- John Mizzi

Team Manager:- Keith Jones

Kit Manager:- Steven Vella

Delegati:- Jason Formosa, Stuart Abdilla

Chairman:- Dr. Duncan Borg Myatt





Leave a comment