Hibs fit-tieni finali…jinbidlu l-avversarji

Monday, December 1, 2014, 20:43

BANK OF VALLETTA KNOCK-OUT 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

St. Nicholas Suns

Mellieħa Mr. Green 68
(17-9)(24-17)(26-22)(30-5)

Il-partita kienet waħda missielta ferm u minkejja d-distakk ta’ 10 punti finali kien biss fl-aħħar sessjoni li b’run ta’ 8-0 Suns għamlu l-partita tagħhom. Mellieħa Mr. Green kellhom nieqes lil Emanuel Lupo li weġġa fil-finali tas-Shield u Suns irkupraw lil Reno Camilleri u Simon Cauchi però kien nieqes Robert Mercieca. Ic-champions bdew bl-ewwel punti fejn għamlu three pointer minn Michael Barberi u basket ta’ Keith Scicluna. Mellieħa wieġbu b’run ta’ 10-2 b’punti minn Robert Loporto u Rihards Polis però Suns għamlu l-aħħar żewġ baskets tas-sessjoni għal skor ta’ 11-10. Fit-tieni perjodu Suns kellhom trippla ta’ Adrian Pace però Mellieħa reġgħu għamlu break ta’ 9-0 bi trippla ta’ Polis biex fetħu vantaġġ ta’ 7 punti 21-14. Suns irkupraw bid-dħul ta’ Reno Camilleri flimkien mal-punti ta’ Barberi u Scicluna u naqqsu d-distakk għal punt 23-24.

It-tielet sessjoni kompliet bl-istess andament fejn Suns bdew tajjeb u marru fuq quddiem wara l-punti ta’ Pace u Hubert Agius 28-24. Mellieħa wieġbu bil-punti ta’ Samuel Aquilina u trippla oħra ta’ Polis u għal darb’oħra ġabu l-iskor indaqs 36-36. Fl-aħħar minuti kien hemm punti fuq kull naħa biex Mellieħa żammew il-punt vantaġġ 38-37. Suns fetħu l-aħħar perjodu bi trippla ta’ Barberi però Mellieħa wkoll wieġbu bi tlett punti minn Joshua Aqilina. Hawn waslet run ta’ 8-0 minn Suns bil-punti ta’ Barberi, Cauchi u Lee Grech. Mellieħa ppruvaw jirkupraw u kellhom trippla minn Michel Farrugia iżda Suns kellhom il-free-throws ta’ Cauchi u Agius biex rebħu l-partita 56-46.

St. Nicholas Suns: A. Pace 5, K. Scicluna 6, L. Grech 2, H. Agius 13, M. Barberi 21, R. Camilleri 6, A. Bianchi 1, R. Camilleri 4, S. Cauchi 4.

Mellieħa Mr. Green: C. Grixti 4, M. Farrugia 5, J. Muscat, S. Aquilina 7, R. Polis 16, R. Loporto 8, O. Sammut 1, J. Aquilina 3, P. Cauchi, B. Soler 2, P. Magro.

Referees: Clive Terribile, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Hibs 96

Athleta 77

(27-17)(23-25)(22-22)(24-13)

Friski mis-suċċess fir-rebħ tas-Shield, Hibs qatgħu pasaġġ

Fabrizio Mariani - Hibs

għall-finali tal-BOV Knock-out b’rebħa fuq Athleta 96-77. Hibs kellhom nieqes lil Carles Taexida li wkoll weġġa’ fil-finali tas-shield u Athleta ntroduċew lil Aiden Cutajar. Partita li fiha Hibs ikkonfermaw il-potenzjal tagħhom fil-waqt li Athleta kellhom wirja tajba u zgur li jagħtu sfida lil kulħadd. Hibs fetħu tajjeb bit-three pointer ta’ Kieron Caruana u f’nofs is-sessjoni fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti 11-4. Athleta wieġbu bil-punti ta’ David Garcia u Matthew Gouder biex waslu sa’ basket ‘l bogħod però Hibs kellhom run ta’ 10-3 b’żewġ trippli ta’ Luke Farrugia u temmew l-ewwel sessjoni 10 minn fuq 27-17. Hibs komplew iżidu l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni taqsima hekk kif kellhom aktar three pointers minn David Camilleri, Caruana u Stefan Vella. Huma kienu 18 minn fuq 40-22 iżda hawn waslet ir-reazzjoni tal-Athleta speċjalment bit-three pointers ta’ Martin Krastev u l-punti ta’ Garcia u Gouder u sal-intervall naqqsu d-distakk għal 9 punti 50-42.

Fit-tielet taqsima Athleta reġgħu naqqsu d-distakk fl-ewwel tlett minuti però hawn Hibs għamlu run ta’ 14-0 b’diversi punti ta’ Camilleri u Fabrizio Mariani u fetħu vantaġġ ta’ 18 –il punt 66-48. Athleta reġgħu rkupraw hekk kif kellhom it-trippli ta’ Francesco Mifsud Bonnici għal skor ta’ 72-64 favur Hibs. Fil-ftuħ tal-aħħar taqsima Hibs kellhom iżjed trippli mionn Camilleri u Ivan Mitrovic f’run oħra ta’ 15-4 Wara trippla oħra ta’ Krastev għall-Athleta, Hibs kellhom il-punti ta’ Mariani u Simon Attard. Bejniethom Athleta kellhom żewġ baskets ta’ Garcia però Hibs kienu fil-kontroll u ħarġu rebbieħa 96-77.

Hibs: M. Giusti 4, I. Mitrovic 10, D. Camilleri 30, L. Farrugia 7, S. Attard 6, G. Agius 5, K. Caruana 13, K. Sultana , A. Baldacchino, F. Mariani 15, S. Vella 6.

Athleta: W. Hopper 2, J. Naudi 8, A. Cutajar, D. Garcia 18, L. Stefanovic 1, F. Mifsud Bonnici 8, M. Gouder 13, M. Krastev 25, S. Vincic, M. Gauchi Montaldo 2.

Referees: Cesar Baena, Luis Abuin.





Leave a comment