Hibs champions tat-tieni diviżjoni

Monday, April 13, 2015, 16:01

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI – FINALI

minn Colin Schembri

Hibs 60

Mellieħa Mr. Green 40

(11-10)(16-11)(18-9)(15-10)

Hibs rebħu l-kampjonat Bank of Valletta tat-tieni diviżjoni

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

tal-irġiel meta fil-partita deċisiva għelbu lil Mellieħa Mr. Green 60-40. Mellieħa wara li rebħu lil Hibs għal darbtejn konsekuttivi f’din il-finali, fil-ħames partita ma rnexxielhomx jirrepetu l-wirjiet tal-aħħar żewġ partiti. Kien biss f’mument fit-tieni taqsima li Mellieħa ħadu l-vantaġġ però Hibs irkupraw immedjatement. Din kienet it-tieni darba li Hibs rebħu l-kampjonat ta’ din il-kategorija wara li kienu diġa rebħu fis-sena 1995 u s-sena li għaddiet kienu spiċċaw bħala runners up. Għal Mellieħa din kienet it-tielet darba li spiċċaw il-kampjonat fit-tieni post wara l-istaġuni 1996 u 2009. Kienu Hibs li ħadu l-ewwel vantaġġ wara punti minn Stefan Vella li rebaħ l-unur tal-MVP ta’ dawn il-finali. Huma kellhom ukoll trippla ta’ Simon Attard biex marru 7-2 minn fuq però Mellieħa kellhom il-punti ta’ Clint Grixti u Robert Loporto għal skor ta’ 11-10. It-tieni perjodu fetaħ bi trippla ta’ Luke Farrugia għal Hibs però Mellieħa wieġbu b’run ta’ 7-0 bi trippla ta’ Rihards Polis biex marru minn fuq 17-14. Hibs wieġbu b’mod immedjat bi break ta’ 9-0 li bdewh bi three pointer ta’ Kieron Caruana. Mellieħa waqqfuhom b’basket ta’ Polis però Hibs kisbu żewġ baskets oħra biex daħlu jistrieħu 27-21 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Hibs bdew b’żewġ baskets

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

ta’ Vella u kabbru l-vantaġġ għal 10 punti 31-21. Mellieħa kellhom erba’ punti ta’ Samuel Aquilina qabel ma Mariani wieġeb għal Hibs. Hibs komplew b’run oħra ta’ 7-0 b’żewġ three pointers minn Caruana u Mariani biex temmew it-taqsima 15 –il punt minn fuq 45-30. Fl-aħħar sessjoni Mellieħa ma rnexxielhomx inaqqsu d-distakk biżżejjed biex jersqu viċin tal-avversarji. Fil-fatt Hibs żiedu l-vantaġġ wara trippla ta’ Caruana u baskets ta’ Attard. Hibs kellhom aktar punti minn Mariani u Farrugia u għalqu l-partita bi trippla ta’ Churchill Barrows biex bdew jiċellebraw ir-rebħ tal-kampjonat. Fi tmiem il-partita s-Sur Peter Perotti Chief Executive Bank of Valletta ppreżenta t-trofew ta’ champions lil captain ta’ Hibs Stefan Vella fost il-ferħ tal-players, diriġenti u partitarji Pawlisti.

Hibs: M. Giusti 4, M. Humpton, A. Baldacchino, L. Farrugia 7, S. Attard 8, G. Agius, K. Caruana 15, C. Barrows 7, K. Sultana, S. Vella 12, F. Mariani 7, D. Ross.

Mellieħa Mr. Green: C. Grixti 8, M. Farrugia 2, J. Muscat, S. Aquilina 4, R. Polis 10, R. Loporto 4, J. Stupka, J. Aquilina 2, E. Lupo 10, I. Terribile, B. Soler, P. Magro.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Teemu Helenius.

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

Ritratti: MPC Photography : https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716?fref=nf

 

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716





Leave a comment