Hibs Champions tal-Kampjonat Femminili ta’ taħt is-16-il sena

Monday, April 23, 2012, 11:20

minn Colin Schembri

 

Wara nuqqas ta’ 15-il sena, reġa’ wasal ir-rebħ tal-Kampjonat Femminili ta’ taħt is-16-il sena għal Hibernians. Kien rebħ ta’ Kampjonat mistħoqq għax barra li ntrebaħ bla telfa, it-tim wera li kien superjuri sew fuq kwalunkwe tim iehor. Il- Hibernians Basketball Nursery tħossha kburija li dan it-tim kien kollhu magħmul minn players li kollha bdew fil-kategoriji ż-żgħar, ibda b’dik ta’ taħt it-8 snin jew dik ta’ taħt l-10 snin. Dan jimla lid-diriġenti ta’ dan it-team b’kuraġġ sabiex ikomplu jaħdmu fil-ġejjieni ħalli jkomplu jtejbu u jitjiebu fil-logħba. Ta’ min jinnota li t-tim tal-kbar Hibs Melita Gardens jagħmel użu minn żewg players minn din il-kategorija, Julia Scerri u Francesca Mifsud, li proprju dawn il-plejers bdew fil-Kategorija Taht it-8 snin mal-Hibernians Basketball Nursery. Fi stqarrija, Hibs qalu li prosit tmur lejn il-players kollha ghax ħadmu tul dawn is-snin kollha, lill-Kowc Nathalie Farrugia li bil-paċenzja kollha waslet lil dawn it-tfajliet għas-suċċess meritat. Nathalie kellha tghina lill-ohtha Winnie li flimkien kienu tandem tajjeb ghas-success. Prosit kbira tmur lejn il-Head Coach Tony Cassar li ma waqaf qatt jappoggja lit-team ħalli jasal dak li l-Hibernians Basketball Nursery ilha tahdem ghalih f’dawn l-ahhar 7 snin mindu li sar Head Coach. Hibs temmew jigħdu li l-energija tagħhom trid tkompli wara dan is-suċċess billi lil dawn il-plajers inkomplu jrawmuhom fil-logħba halli aktar plajers jilbsu l-flokk tat-tim tal-kbar.






Leave a comment