Hibs champions ta’ taħt is-sittax –il sena tat-tfajliet

Sunday, March 20, 2016, 23:10

ST. JAMES HOSPITAL U/16 NISA

minn Colin Schembri

Starlites 35

Hibs 61
(9-11)(10-17)(4-18)(12-15)

Hibs rebħu l-kampjonat ta’ taħt is-sittax –il sena tat-tfajliet meta fil-finali għelbu lil Starlites 61-35. Għal Starlites kienet it-tieni sena konsekuttiva li waslu fil-finali però ħarġu b’idejhom vojta. Il-partita ntlagħbet quddiem pubbliku ferm numeruż. Starlites waslu sal-finali meta għelbu lil Luxol fis-semifinali 44-25 fil-waqt li Hibs għelbu lil Swieqi Forum 77-48. Il-partita kellha bidu bilanċjat fejn wara l-ewwel basket ta’ Hibs minn Jasmine Abela, Starlites wieġbu b’sitt punti mingħajr risposta u marru fuq quddiem. Hibs irkupraw u wara li ġabu l-iskor indaqs marru minn fuq bi trippla ta’ Britney Agius għal skor ta’ 11-9. Starlites reġgħu marru minn fuq fil-ftuħ tat-tieni sessjoni bil-punti ta’ Anthea Micallef u Kristy Galea. Hibs wieġbu bil-punti tal-captain Kristy Caruana u Maya Vella però għal darbtejn Starlites ġabu l-iskor indaqs b’punti minn Mikela Riolo, Nicole Caruana u Galea. Hawn Hibs kellhom mument mill-aqwa meta għamlu run ta’ 9-0 bil-punti ta’ Nina Herceg u Agius li kellha wkoll trippla biex daħlu jistrieħu 28-19 minn fuq.

Wara l-intervall, Starlites ppruvaw jirkupraw b’żewġ baskets ta’ Lena Ferrante. Dawn però kienu l-uniċi punti tagħhom f’din is-sessjoni għaliex minn hemm ‘l quddiem waslu biss punti ta’ Hibs. Fil-fatt it-team ta’ Silvia Gambino kellhom run ta’ 17-0 hekk kif bdew jisirqu diversi blalen. Huma kellhom il-punti ta’ Abela li kellha wkoll trippla flimkien ma’ Caruana u Maya Vella biex temmew is-sessjoni 46-23 minn fuq. Fl-aħħar taqsima Starlites kellhom żewġ baskets oħra però Hibs 7-0 b’żewġ baskets ta’ Caruana. Starlites għamlu żewġ baskets oħra però żewġ three pointers minn Jasmine Abela temmew kull tama ta’ Starlites biex Hibs setgħu jiċċelebraw ir-rebħ tat-titlu. Fi tmiem il-partita s-Segretarju Ġenerali tal-MBA Joseph Muscat ppreżenta t-trofew lil captain ta’ Hibernians 61-35 fost il-ferħ tal-partitarji tagħhom.

Starlites: Jaelle Micallef 2, Kristy Galea 8, Lena Ferrante 6, Martina Ferrante, Nicole Caruana 6, Michela Farrugia, Mikela Riolo 3, Mattea Chirchop St.John, Anthea Micallef 10, Katya Zerafa, Julia Cipriott, Rachel Deguara.

Hibs: Ylenia Bonett, Zara Camilleri, Jasmine Abela 21, Britney Agius 10, Sara Said, Cristabel Camilleri, Maya Vella 10, Nina Herceg 3, Jasmine Valletta 2, Kirsty Caruana 13, Marie Buhagiar 2, Amber Galea.

Referees: Alfred Carbonaro, Christine Farrugia.

Ritratti: MPC Photography:  https://www.facebook.com/media/set/?set=a.1696095940668581.1073741946.1514051275539716&type=3





Leave a comment