Hibs Champions ta’ taħt is-sittax –il sena rġiel

Monday, April 20, 2015, 22:22

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL IRĠIEL U/16 – FINALI 

minn Colin Schembri

Hibernians 58

Starlites 41

(13-10)(7-8)(24-7)(14-16)

Hibernians huma mill-ġdid ic-champions fil-kategorija

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

ta’ taħt is-sittax –il sena tal-irġiel meta fil-finali tal-kampjonat għelbu lil Starlites 58-41 f’partita milgħuba quddiem pubbliku mill-isbaħ li jagħmel ġieh lil logħba Maltija. Hibs għelbu lil Depiro 73-49 fis-semifinali fil-waqt li Starlites eleminaw lil Athleta 51-46. Iż-żewġ timijiet kienu viċin ta’ xulxin fl-ewwel żewġ sessjonijiet però fit-tielet perjodu Hibskienu dominanti u l-vantaġġ li bnew kien biżżejjed biex jieħdu t-titlu. Hibs fetħu l-partita bi break ta’ 8-2 bill-punti kollha jaslu minn Paul Attard li kellhu wkoll trippla. Starlites wieġbu bi tlett baskets minn Alex Xuereb, Mirco Azzopardi u Luke Scicluna biex naqqsu d-distakk. Wara basket fuq kull naħa, żewġ punti minn Attard raw lil Hibs jagħlqu l-ewwel sessjoni 13-10 minn fuq. Fit-tieni perjodu kienu Hibs li żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Luke Busuttil u Isaac Gili. Starlites irkupraw u għal darbtejn ġabu l-iskor indaqs wara punti minn Morter Malwul, Azzopardi u Xuereb. Hibs daħlu jistrieħu basket minn fuq wara basket ta’ Busuttil għal skor ta’ 20-18.

Fit-tielet sessjoni Hibs kienu dominanti hekk kif bdew bi break

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

ta’ 8-0. Starlites waqqfuhom b’żewġ baskets ta’ Scicluna u Miguel Vella però huma kkommetew sensiela ta’ turnovers u Hibs approfittaw biex b’aktar punti minn Gili, Isaac Bonett u Attard kabbru l-vantaġġ għal 15 –il punt 36-21. Starlites kellhom punti minn Azzopardi però Hibs temmew is-sessjoni 44-25 minn fuq. Fil-bidu tal-aħħar taqsima Hibs aċċertaw ruħhom mir-riżultat meta bdew b’run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Matthew Caruana biex żiedu l-vantaġġ għal 28 punt. Starlites kellhom mument tajjeb meta għamlu run ta’ 9-2 b’punti minn Ian Felice Pace u Azzopardi però Hibs kienu għadhom b’vantaġġ komdu u baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem bil-coach Silvio Cassar jagħti spazju lil players kollha tiegħu. Fi tmiem il-partita l-President tal-MBA Paul Sultana ppreżenta t-tazza ta’ Champions lil captain ta’ Hibs Paul Attard fost il-ferħ tal-players, diriġenti u partitarji Pawlisti.

Hibernians: Paul Attard 16, Michele Laferla, Isaac Gili 12, Zain Camilleri, Alex Gerdes 2, Isaac Bonett 8, Jamie Debono 2, Glen Cortis, Luke Busuttil 11, Matthias Buhagiar 4, Matthew Caruana 3, Isaac Spiteri.

Starlites: Isaac Pace 2, Andrea Gatt, Ryan Degorgio 2, Ian Felice Pace 6, Luke Scicluna 3, Mirco Azzopardi 12, Adam Vella Cardona, Miguel Vella 1, Mathias Schembri 3, Morter Malwul 4, Alex Xuereb 8, Andre Scicluna.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Brian Sly.

Ritratti: MPC Photography: https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716





Leave a comment