Hibs Champions ġodda tal-basketball lokali

Thursday, May 17, 2018, 0:10

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel – FINALI

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 63

Hibernians 75

(10-25)(23-11)(10-16)(20-23)

Wara nuqqas ta’ 28 sena li nkludew ukoll perjodu ta’ inattivita,

Ritratt: BOV Club - Stefan Abela

l-ogħla unur tal-basketball lokali reġa’ mar Raħal Ġdid hekk kif it-team ta’ Hibs kiseb ir-raba’ rebħa fil-finali tal-play-offs kontra Gżira Athleta 75-63. Tlett snin ilhu t-team ta’ Hibs rebħu l-promozzjoni mill-kampjonat tat-tieni diviżjoni u minn hemm reġgħu bnew it-team li llum rebaħ il-kampjonat. Huma kellhom taħlita ta’ players żgħażagħ li telgħu minn nursery tagħhom flimkien m’oħrajn t’esperjenza twila fix-xena lokali. Athleta rebħu l-ewwel finali però sabuha diffiċli fil-partiti ta’ wara hekk kif Hibs kienu superjuri f’kull dipartiment. Hibs kellhom bidu mill-aqwa hekk kif fetħu l-partita b’run ta’ 14-1 fejn Roderick Vella beda bit-three pointer u kompla Alvaro Lizaur bi tnejn oħra flimkien ma’ Chad Patus. Athleta kellhom il-punti minn Michael Naudi u trippla ta’ Peter Shoults hekk kif l-Amerikan Jon Feiler kien magħsses sew minn Marco Matijevic. Lizaur kiseb trippla oħra flimkien ma’ punti minn Patus biex Hibs temmew l-ewwel sessjoni 15 minn fuq 25-10. Fit-tieni perjodu, Athleta taw ħjiel li se jirkupraw bi players żgħażagħ fuq il-court Nathan Xuereb u Francesco Mifsud Bonnici. Huma għamlu run ta’ 13-0 bil-punti ta’ Xuereb, Feiler u Naudi. Trippla ta’ Ivan Mitrovic rathom jagħmlu l-iskor indaqs 30-30 u għal darbtejn irrispondew għal punti li sofrew però basket ta’ Vella għalaq it-taqsima favur Hibs fuq skor ta’ 36-33.

Fit-tielet taqsima, Hibs għamlu run ta’ 9-0 bil-punti ta’ Patus,

Ritratt: BOV Club - Stefan Abela

Matijevic u Lizaur biex kabbru l-vantaġġ għal 8 punti 45-37. Athleta kellhom risposta minn Matthew Gouder u Feiler biex naqqsu d-distakk. Hibs wieġbu permezz ta’ Luca Tardito u Anton Axiaq għal skor ta’ 52-43. Fl-aħħar taqsima, Hibs żammew kontroll hekk kif żammew vantaġġ stabbli bejn 8 u 10 punti. L-isforzi tal-Athleta bdew jispiċċaw minkejja li  kellhom żewġ trippli oħra minn Mitrovic. Hibs komplew jiksbu l-punti minn Patus, Axiaq u Lizaur biex aċċertaw ruħhom mir-rebħa hekk kif intemmet il-partita u l-kampjonat. Fi tmiem il-partita s-Sur Peter Perotti, Chief Executive tal-Bank Of Valletta ppreżenta l-midalji lic-champions il-godda, l-unur tal-MVP tal-finali lil Chad Patus u t-trofew ta’ Champions lil captain ta’ Hibs Maro Matijevic.

Gżira Athleta: M. Naudi 22, P. Shoults 3, L. Stefanovic, F. Mifsud Bonnici 2, O. Said, M. Gouder 4, N. Xuereb 7, S. Vincic, I. Mitrovic 9, J. Feiler 16.

Hibernians: R. Vella 11, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia, S.Attard, I. Bonnett, L. Tardito 5, A. Axiaq 3, M. Matijevic 17, A. Lizaur 21, F. Mariani, C. Patus 18.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Nicky Azzopardi.

Statistika…

Ritratt: BOV Club - Stefan Abela

Athleta

Free throws – 17 on 23

Baskets – 17 on 38

Three pointers – 4 on 19

Rebounds – 38

Assists – 7

Turnovers – 10

Steals – 6

Fouls Suffered – 18

Fouls Made – 21

Hibs

Ritratt: BOV Club - Stefan Abela

 

Free throws – 18 on 27

Baskets – 21 on 52

Three pointers – 5 on 20

Rebounds – 51

Assists – 11

Turnovers – 9

Steals – 6

Fouls Suffered – 21

Fouls Made – 18

Ritratt: Wally Galea





Leave a comment