- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Hibs b’rebħa mportanti fuq ic-champions Pavi Depiro

Posted By sportinmalta1 On November 19, 2013 @ 5:32 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 120

Phoenix Petrus Loyola 17

(29-3)(26-6)(32-7)(33-1)

Caffè Moak Luxol pattew għat-telf li kellhom fl-aħħar żewġ ħarġiet tagħhom meta rritornaw għar-rebħ bil-kbir u kisbu rebħa kbira fuq Phoenix Petrus Loyola 120-17. Luxol kienu mingħajr Steffi DeMartino fil-waqt li rritornat Monique Caruana u Phoenix kellhom nieqsa lil Melania Bajada. Il-partita ftit li xejn kien fiha storja hekk kif kienet totalment f’idejn Luxol li bdewha b’run ta’ 8-0 b’baskets ta’ Mandi Mercieca u Greta Costa. Hawn Martha Gatt għamlet l-uniku basket ta’ Phoenix f’din is-sessjoni. Luxol imbagħad kellhom run qawwija ta’ 18-0 hekk kif flimkien ma’ ta Mercieca u Costa waslu wkoll il-punti tal-Amerikana Patricia Bright u temmew l-ewwel sessjoni 29-3 minn fuq.  Fit-tieni perjodu bdew b’żewġ baskets ta’ Paula Ellul u Bright b’ Phoenix iwieġbu bil-punti ta’ Gulia Muscat u Gatt. Luxol komplew b’run ta’ 16-2 b’aktar punti ta’ Ellul flimkien ma’ Mercieca u Martina Darmanin u daħlu jistrieħu 55-9 minn fuq.

Luxol reġgħu fetħu qawwi wara l-intervall u bil-Phoenix ma joffru l-ebda reżistenza, huma għamlu run oħra ta’ 17-0 fl-ewwel ħames minuti. Hawn kellhom punti minn Kirsten Baldacchino, Becky Naudi u Bright fost l-oħrajn. Basket ta’ Gatt waqqfilhom din ir-run bil-Luxol ikomplu b’disa’ punti oħra. Phoenix kellhom ħames punti minn Martha Abela, Ivana Dordevic u Gatt biex Luxol temmew is-sessjoni 87-16 minn fuq. Luxol bdew l-aħħar taqsima b’żewġ baskets ta’ Darmanin u Bright. Hawn wasal l-uniku punt ta’ Phoenix minn Dordevic. Minn hemm ‘l quddiem waslu biss il-punti tal-Luxol li laħqu l-mitt punt b’basket ta’ Ina Medina u baqgħu sejrin bil-punti konsekuttivi minn Kay Portelli u Paula Ellul biex rebħu l-partita b’distakk ta’ iżjed minn mitt punt 120-17.

Caffè Moak Luxol: K. Baldacchino 5, M. Mercieca 11, I. Medina 15, B. Naudi 5, P. Ellul 22, G. Costa 18, K. Portelli 5, M. Caruana 1, P. Bright 28, M. Darmanin 10.

Phoenix Petrus Pizza Loyola: M. Abela 2, I. Dordevic 3, Y. Agius, M. Gatt 8, J. Millo, A. Sciberras, G. Muscat 2, M.R. Agius 2, F. Camilleri.

Referees: Clive Terribile, Teemu Helenius

Hibs 51

Pavi Depiro 48
(13-5)(14-10)(13-19)(11-14)

Hibs kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat u wara r-rebħa fuq Phoenix il-ġimgħa li għaddiet din id-darba kellhom rebħa iktar ta’ prestiġju meta għelbu lic-champions Pavi Depiro 51-48. Hibs jidher li ssudaw mal-akkwist tal-Amerikana Cyrstal Woodley fejn ankè l-players żgħażagħ tagħhom qiegħdin iżidu fil-kunfidenza. Depiro kellhom wirja mħallta fejn f’xi waqtiet lagħbu basketball tajjeb però f’waqtiet oħra kellom mumenti ħżiena b’shots magħġġla u turnovers. Iż-żewġ timijiet kellhom l-istess formazzjoni ta’ ġimgħa ilhu bl-eċċezzjoni ta’ Maria Bonett li reġgħat kienet nieqsa għal Depiro. Kienet l-Amerikana Woodley li fetħet il-partita b’żewġ freethrows qabel ma Antoinette Borg għamlet three pointer li ta l-ewwel u l-uniku vantaġġ ta’ Depiro fil-partita. Hibs wieġbu b’run ta’ 7-0 bil-punti maqsuma bejn Woodley u Jean Doughty. Ir-risposta ta’ Depiro kienet biss minn żewġ freethrows ta’ Joncelyn Peterkin biex Hibs temmew l-ewwel taqsima 13-5 minn fuq. Hibs kabbru l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni sessjoni b’basket ta’ Joselle Borg Cardona. Depiro kellhom break qasir ta’ 6-2 bil-punti ta’ Svetlana Micallef, Sam Brincat u Andrea Mifsud però Hibs wieġbu b’run ta’ 9-0 mibdija bi trippla ta’ Emma Micallef u baskets ta’ Julia Scerri biex fit-tmien minuta kienu 16 –il punt minn fuq 27-11. Qabel l-intervall Depiro naqqsu d-distakk b’żewġ baskets minn Peterkin u Borg biex id-distakk bejn iż-żewġ timijiet niżel għal 12 –il punt 27-15.

Fit-tielet perjodu Depiro tejjbu l-logħba tagħhom u bdew bi trippla ta’ Brincat qabel ma Hibs kisbu erba’ punti minn Woodley. Depiro hawn għamlu run ta’ 9-0 inkluża trippla ta’ Zammit biex fis-seba’ minuta naqqsu d-distakk għal 6 punti 27-33. Hibs irkupraw u reġgħu kisbu l-punti permezz ta’ Woodley u Doughty bl-Amerikana Peterkin twieġeb għal Depiro b’erba’ punti. Woodley kella trippla għal Hibs li temmew is-sessjoni 40-34 minn fuq. Fl-aħħar taqsima c-champions irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs 42-42 wara erba’ baskets konsekuttivi. Għal darbtejn Hibs marru minn fuq bid-Depiro jippareġjew b’Gaby Mifsud tagħmel trippla. Però punti konsekuttivi ta’ Elena Cassar reġgħu poġġew lil Hibs minn fuq u din id-darba rnexxielhom iżommu l-vantaġġ sat-tmiem għal skor ta’ 51-48.

Hibs: E. Micallef 5, E. Cassar 3, J. Doughty 6, R. Scerri 2, N. Farrugia, J. Scerri 4, L. Micallef, D. Cassar, N. Mifsud 2, C. Woodley 24, J.Borg Cardona 7, I. Agius.

Pavi Depiro: A. Mifsud 2, G. Mifsud 5, J. Peterkin 15, S. Brincat 12, D. Sammut, M. Scicluna, M. Mifsud, A. Borg 7, C. Camilleri, R. Calleja, S. Micallef 4, B. Zammit 3.

Referees: Emanuel Mangani, Teemu Helenius

Starlites Sports Experience 41

Honey Athleta 45

(13-10)(9-12)(6-12)(13-11)

Honey Athleta wkoll għamluhom tnejn minn tnejn fil-kampjonat wara rebħa sofferta kontra Starlites. Starlites ħallew wisq offensive rebounds f’idejn l-avversarji u Athleta approfittaw. Lindsey Pirotta rritornat għal Starlites l-istess bħal Claire Ciantar għall-Athleta. Wara li Athleta fetħu l-partita b’basket ta’ Leanne Sciberras, Starlites wieġbu bi break ta’ 11-2-0 mibdi bi trippla ta’ Justine Busuttil Gaerty u baskets tal-Amerikana Renea Phelps u Maria Desira. Athleta kellhom il-baskets ta’ Ijeoma Ofomata u Sciberras però kienu Starlites li temmew il-perjodu 13-10 minn fuq. It-tieni perjodu fetaħ b’basket ta’ Desira għal Starlites iżda Athleta wieġbu b’seba’ punti maqsuma bejn Lonnecke Cassar u Ofomata biex marru minn fuq 17-15. Fir-raba’ minuta kien hemm basket fuq kull naħa iżda mbagħad il-punti waqfu u kellna nistennew biex ikun hemm aktar baskets. Sal-intervall iż-żewġ timijiet kienu f’parita 22-22.

Athleta fetħu tajjeb fit-tielet sessjoni fejn kelljom run ta’ 10-4 bi trippla ta’ Emma Moore li ħadet kważi tul is-sessjoni kollha. Għal Starlites kien hemm il-punti ta’ Pirotta u Desira biex Athleta fetħu vantaġġ ta’ sitt punti 34-28. Fl-aħħar sessjoni Athleta żiedu l-vantaġġ u dehru li setgħu jikkontrollaw il-partita. Iżda Starlites ma ċedewx u kellhom il-punti konsekuttivi ta’ Phelps li wassluhom sa’ punt ‘l bogħod 36-37. Starlites saħansitra marru minn fuq wara punti minn Pirotta fl-aħħar minuta u nofs 40-39. Baskets ta’ Moore u Sciberras reġgħu taw il-vantaġġ lil Athleta li din id-darba żammew sal-aħħar biex rebħu l-partita 45-41.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, J. Busuttil Gaerty 3, A. Grixti 4, S. Tabone, P. Montanaro, M. Desira 6, R. Phelps 18, L. Pirotta 7, N. Attard 1, S. Galea, M. Cutajar 2.

Honey Athleta: E. Moore 6, M.C. Cilia, J. Xuereb, L. Cassar 7, L. Sciberras 11, E. Vella, I. Ofamata 15, A. Demanuele, C. Ciantar, F. Farrugia 4, S.J. Barbara, C. Mifsud.

Referees: Clive Terribile, Steve Gouder.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/hibs-brebha-mportanti-fuq-ic-champions-pavi-depiro/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.