- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Hibernians u Gżira Athleta jibdew bir-rebħ

Posted By sportinmalta1 On April 12, 2019 @ 5:12 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Hibernians 86

Floriana MCP Car Parks 54       

(18-15)(20-15)(20-12)(28-12)

L-ewwel rebħa f’din is-semifinali marret Raħal Ġdid hekk kif Hibs għelbu lil Floriana MCP Car Parks 86-54 u għamlul-ewwel pass biex jidħlu jiddefendu t-titlu li rebħu l-istaġun li għadda. Floriana kellhom in-nuqqas ta’ David Bugeja u żammew il-pass mal-avversarji sal-intervall però wara l-mistrieħ Hibs bdew iżidu l-vantaġġ biex kisbu rebħa komda. Hibs kellhom nieqes lil Isaac Bonett u posthu ħadu Matthew Attard. Fil-bidu tal-partita kien hemm baskets fuq kull naħa bil-Hibs ikollhom żewġ trippli ta’ Chad Patus u Floriana jkollhom il-baskets tal-Amerikan Ian Thiesen. Hibs fetħu vantaġġ ta’ sitt punti iżda trippla ta’ Shawn Pace naqqset id-distakk u s-sessjoni għalqet fuq skor ta’ 18-15. Fit-tieni taqsima c-champions bdew bi trippli minn Alvaro Lizaur u Patus u żiedu l-vantaġġ. Kien hemm risposta ta’ Floriana minn Kurt Xuereb u Ignacio Arias iżda sitt punti ta’ Hibs rawhom jiftħu vantaġġ ta’ 11 –il punt 32-21. Floriana rkupraw bi tlett three pointers minn Thiesen, Xuereb u Kevin Liivamagi biex fl-intervall kien hemm distakk ta’ 8 punti bejn iż-żewġ timijiet.

Fit-tielet sessjoni kien hemm basket fuq kull naħa qabel ma Hibs għamlu run ta’ 13-2 bil-punti jaslu minn Roderick Vella, Anton Axiaq u Patus b’dan tal-aħħar jagħlaq ir-run bi trippla oħra. Floriana wettqu reazzjoni bi 8 punti konsekuttivi fosthom trippla ta’ Kieron Caruana però kienu għadhom 16 minn taħt fi tmiem it-taqsima 42-58 hekk kif Hibs kellhom trippla oħra minn Lizaur. L-aħħar perjodu, wkoll fetaħ biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin. Hibs però għalqu l-partita meta għamlu run ta’ 20-2 fejn kellhom erba’ three pointers minn Luke Farrugia, Patus u tnejn ta’ Lizaur biex ħarġu rebbieħa 86-54.

Hibs: R. Vella 6, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia 5, M. Formosa, M. Attard, L. Tardito 17, A. Axiaq 11, M. Matijevic, A. Lizaur 12, I. Demcesen 19, C. Cuschieri Patus 16.

 

Floriana MCP Car Parks: S. Pace 3, S. Borg, K. Caruana 3, K. Liivamangi 5, I. Arias 7, I. Thiesen 15, K. Xuereb 11, G. Hulsen 10, D. Agius.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Malek Hraisha, Kamil Dworniczak.

Gżira Athleta 82

 

Starlites GIG 71

(17-18)(11-19)(24-14)(30-20)

Gżira Athleta rkupraw minn bidu diffiċli biex għelbu lil Starlites GIG 82-71 biex kisbu l-ewwel rebħa fis-semifinali tal-play-offs.  Mument minnhom Starlites kellhom vantaġġ ta’ ħdax -il punt però wara l-intervall id-dħul ta’ Matthew Gouder minn fuq il-bank kien strumentali biex Athleta dawwru l-logħba favur tagħhom. Kif mistenni l-partita kellha bidu bilanċjat tant li l-vantaġġ bidel l-idejn diversi drabi fl-ewwel minuti. Starlites kellhom żewġ three pointers minn Jordan Stotts u Alec Felice Pace li poġġewhom 12-9 minn fuq. Athleta kellhom risposta minn Julio Guity u Conell Crossland iżda kienu Starlites li temmew l-ewwel taqsima fuq quddiem 18-17. Fit-tieni perjodu, punti ta’ Vincent Pace u Nikola Vasovic raw lil Athleta jmorru fuq quddiem 23-22. Hawn Starlites kellhom l-aħjar mument tagħhom fil-partita meta għamlu run ta’ 11-2 fosthom trippla ta’ William Darley flimkien ma’ Felice Pace u Stotts buex marru disa’ punti minn fuq 33-24. Athleta kellhom risposta b’żewġ baskets ta’ Vasovic u Guity però l-istess għamel Stotts biex Starlites daħlu jistrieħu disa’ minn fuq 37-28.

Fit-tielet taqsima Starlites għamlu l-ewwel basket biex ħadu vantaġġ massimu ta’ 11 –il punt. Hawn Athleta rkupraw b’run ta’ 11-2 li għalquha bi trippla ta’ Nathan Xuereb biex waslu sa’ basket ‘l bogħod 39-41. Starlites kellhom tlett punti ta’ Cameron Ward pero Athleta komplew b’run oħra din id-darba ta’ 11-3 bi three pointers ta’ Gouder u Pace u sa’ tmiem is-sessjoni marru fuq quddiem 52-51. Fil-bidu tal-aħħar taqsima reġa’ kien hemm bilanċ biż-żewġ timijiet iwieġbu lil xulxin hekk kif Starlites kellhom it-three pointers ta’ Ward għal skor ta’ 59-59. Hawn Athleta reġgħu għamlu break ieħor qasir ta’ 9-2 bil-punti ta’ Crossland u Pace però Stotts wieġeb għal Starlites. Athleta għamlu run deċisiva ta’ 10-2 bejn Gouder u Pace biex marru 12 minn fuq 78-66 u minkejja l-isforzi finali ta’ Starlites fosthom bi trippla oħra ta’ Stotts, kienu Athleta li rebħu l-partita 82-71.

Gżira Athleta: N. Vasovic 4, C. Crossland 21, P. Shoults 2, L. Stefanovic, A. Perunicic, N. Xuereb 8, M. Gouder 11, V. Pace 23, J. Guity 13.

 

Starlites Gig: A. Felice Pace 3, N. Formosa 15, R. Bonnici 11, I. Felice Pace 2, C. Ward 18, M. Falzon 2, M. Scerri 11, R. Carabott 7, W. Darley 15,  J. Scotts 13.

Referees: Bernard Vassallo, Tuomas Mantere, Zvezdan Dobrosaviljevic


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/hibernians-u-gzira-athleta-jibdew-bir-rebh/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.