Hibernians u Depiro fuq quddiem fl-ewwel leg

Saturday, December 15, 2018, 18:06

Tazza Louis Borg Nisa

minn Colin Schembri

Starlites GIG 43

Hibernians 54

(8-13)(7-10)(16-19)(12-12)

Ic-champions Hibernians se jibdew it-tieni leg tas-semi-finali tagħhom kontra

Ritratt: Wally Galea

Starlites GIG b’vantaġġ ta’ 11 –il punt wara li fl-ewwel partita huma ħarġu rebbieħa 54-43. Starlites kellhom lura lil Christina Curmi li ħadet post Hayley Acreman. Hibs kellhom l-aħjar bidu fejn wara li sofrew l-ewwel basket minn Josephine Grima, huma għamlu run ta’ 1-2 bil-punti ta’ Amelia Simmons, Elena Cassar u Ema Micallef li kellha wkoll trippla. Starlites naqqsu xi ftit id-distakk bil-free-throws però Hibs temmew is-sessjoni 13-8  minn fuq. Fit-tieni perjodu, Hibs bdew bi break ieħor ta’ 8-2 minn Simmons u Leanne Duncan. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet minn trippla ta’ Kristy Galea flimkien mal-punti ta’ Patricia Arguello u Maria Bonett però Hibs kienu għadhom 8 minn fuq fil-halftime 23-15.

Wara l-intervall iż-żewġ timijiet fetħu bi trippla kull wieħed minn Sam Brincat u Michela Zammit Cordina. Starlites kellhom ukoll il-punti minn Arguello però Hibs irrispondew b’run oħra ta’ 9-2 u trippla oħra ta’ Brincat u minkejja li Arguello wkoll kisbet three pointer għal Starlites, l-iskor kien 42-31 favur ic-champions. Fl-aħħar sessjoni Starlites tħabtu biex inaqqsu d-distakk u bdew bi break ta’ 8-2 biex waslu sa’ 5 punti ‘l bogħod 39-44. Wara time-out, Hibs reġgħu ħadu kontroll tal-partita speċjalment bil-punti kontinwi ta’ Sophie Abela biex temmew il-partita b’run ta’ 10-4 u ħarġu rebbieħa 54-43.

Starlites: M. Zammit Cordina 7, K. Galea 7, A. Micallef 5, S. Farrugia, M. Bonett 2, M. Riolo, C. Curmi 2, J. Grima 7, P. Arguello 13, M. Cutajar, S. Davies, F. Fabok.

 

Hibs: E. Micallef 5, E. Cassar 8, K. Calleja, S. Brincat 8, I. Agius, J. Abela, S. Abela 8, A. Simmons 16, N. Farrugia, H. Al Tumi 1, K. Caruana, L. Duncan 8.

Referees: Daniella Torok, Vladimir Nikolic, Charles Pollet

Caffè Moak Luxol 64

Depiro 83

(11-25)(10-27)(25-10)(18-21)

Depiro kellhom possibilment l-aħjar wirja tal-istaġun speċjalment fl-ewwel taqsima biex għelbu lil Caffè Moak Luxol 83-64 u se jibdew it-tieni leg b’vantaġġ ta’ 19 –il punt. Però wara dominju fl-ewwel żewġ sessjoniiet li rahom jiftħu vantaġġ ta’ 31 punt fil-halftime, sofrew ir-rimonta ta’ Luxol però d-distakk kien kbir wisq biex idawwruh. Kienu Depiro li għamlu l-ewwel punti tal-partita b’run ta’ 10-0 bi three pointers minn Steffi De Martino u Gaby Mifsud. Alexis Dillard għamlet l-ewwel punti ta’ Luxol però Depiro reġgħu wieġbu permezz ta’ Ahsley Gray u trippla oħra ta’ Mifsud. Sarah Pace kellha trippla għal Luxol iżda Depiro temmew it-taqsima bil-punti ta’ Gray u De Martino għal skor ta’ 25-11. Fit-tieni sessjoni De Martino kellha mument mill-aqwa bi tlett three pointers konsekuttivi bil-Luxol ma jkollhomx risposta. Wara trippla oħra ta’ Mifsud, Luxol kellhom punti minn Dillard u Kay Portelli però Depiro komplew għaddejin bit-three pointers, din id-darba minn Nicole Agius biex daħlu jistrieħu 52-21 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni l-istorja nbidlet u kif għamlu fi drabi oħra Luxol dehru team mibdul. Fil-fatt huma kellhom run stupenda ta’ 23-2 bi three pointers ta’ Monique Caruana u Pace flimkien ma’ diversi punti tal-Amerikana Dillard u naqqsu d-distakk għal 10 punti 44-54. Depiro finalment wieġbu permezz ta’ Gray u trippla ta’ De Martino biex temmew it-taqsima 62-46 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Luxol komplew jitħabtu u għamlu tlett three pointers oħra minn Caruana u Pace biex reġgħu naqqsu d-distakk għal 11 –il punt 60-71. Depiro rkupraw u kellhom żewġ runs qosra ta’ 6-0 biex rebħu l-partita 83-64.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 19, M. Caruana 9, N. Vella 2, I. Baena 4,  K. Portelli 4, A. Borg 3, A. Dillard 21, L. Caruana Montaldo, C, Mifsud 2.

 

Depiro: No. Agius, G. Mifsud 11, Ni. Agius 7, C. Camilleri, D. Agius, S. De Martino 31, D. Said Hollier 2, M. Scicluna 2, N. Hili, C. Ciantar 10, A. Mifsud, A. Gray 20.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Kamil Dworniczak, Vladimir Nikolic

 





Leave a comment