Hibernians rebħa ‘l bogħod mit-titlu

Tuesday, May 1, 2018, 20:37

Kampjonat Mapfre MSV Life – Nisa FINALI

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 41

Hibernians 56

(9-19)(6-14)(15-10)(11-13)

Din id-darba, 40 minuta kienu biżżejjed għal Hibernians biex

Ritratt: Wally Galea

jiksbu t-tieni rebħa fil-finali tal-kampjonat Mapfre MSV Life tan-nisa biex issa jonqoshom biss rebħa biex jieħdu lura t-titlu Raħal Ġdid wara nuqqas ta’ seba’ staġuni. Hibs kellhom wirja mill-aqwa fid-difiża fejn il-mossa tal-coach Sandro Farrugia li jillimita lil Sarah Pace ħadmet hekk kif Luxol sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti. L-unika bidla fil-formazzjoni mill-ewwel partita kien ir-ritorn ta’ Martina Darmanin għal Luxol. Hibs ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 7-2 bi trippla ta’ Samantha Brincat u l-punti ta’ Rachel Kehoe u Silvia Gambino. Luxol wieġbu bi three pointer ta’ Cristina Sollami u għal darbtejn għamlu l-iskor indaqs. Hawn però Hibs komplew b’run ta’ 10-0 fosthom punti konsekuttivi minn Sophie Abela għal skor ta’ 19-9. Fit-tieni perjodu, Hibs komplew iżidu l-vantaġġ tagħhom bi three pointers minn Gambino u Brincat u basket ta’ Kehoe. Luxol finalment wieġbu bil-punti ta’ Maria Brown u Christina Curmi però Hibs ukoll kellhom il-punti ta’ Julia Scerri, Elena Cassar u Abela biex daħlu jistrieħu 33-15 minn fuq.

Wara l-intervall Luxol bdew aħjar kellhom il-punti ta’ Sollami, Curmi u Brown u rnexxielhom inaqqsu d-distakk għal 11 –il punt 28-39. Hibs wieġbu b’baskets minn Kehoe u Abela biex żammew vantaġġ b’figuri doppji 43-30. Fl-aħħar taqsima l-andament tal-partita baqa’ l-isess bil-Hibs jerġgħu iżidu l-vantaġġ għal 16 –il punt. Wara risposta minn Luxol permezz ta’ Brown u l-ewwel basket ta’ Pace, Hibs għalqu bil-free-throws ta’ Gambino u Abela li kellhom wirja mill-aqwa biex ħadu r-rebħa 56-41 u jistgħu jsiru champions il-Ħadd li ġej.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 5, Ni. Vella, I. Baena Medina 2, No. Vella, K. Portelli, L. Caruana Montaldo, M. Brown 13, C. Solllami 9, M. Darmanin, C. Curmi 12.

Hibs: E. Micallef, E. Cassar 4, S. Gambino 7, S. Brincat 9, I. Agius, J. Abela, S. Abela 14, K. Caruana, N. Farrugia, R. Kehoe 12, M. Said 5, J. Scerri 6.

Referees: Emanuel Mangani, Nicky Azzopardi, Tuomas Mantere

Statistika…

Luxol

Free throws – 3 on 7

Statistika

Baskets – 16 on 38

Three pointers – 2 on 16

Rebounds – 34

Assists – 8

Turnovers – 17

Steals – 5

Fouls Suffered – 9

Fouls Made – 13

Hibs

Free throws – 7 on 8

Baskets – 20 on 50

Three pointers – 3 on 6

Rebounds – 38

Assists – 13

Turnovers – 12

Steals – 10

Fouls Suffered – 13

Fouls Made – 9

It-tielet partita: It-Ħadd 6 ta’ Mejju – 14:30





Leave a comment