Hibernians lura għar-rebħ

Monday, January 27, 2020, 19:12

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Hibernians 83

ARMS Depiro 63

(26-22)(18-7)(24-17)(15-17)

Hibernians irritornaw għar-rebħ meta kisbu t-tielet rebħa fil-kampjonat

Ritratt: Wally Galea

kontra ARMS Depiro 83-63 u telgħu momentarjament fl-ewwel post tal-klassifika. Depiro żammew il-pass mal-avversarji sal-ewwel sessjoni però Hibs bdew iżidu l-vantaġġ mit-tieni perjodu ‘l quddiem hekk kif Depiro sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti. Kienu Hibs li ħadu l-ewwel vantaġġi wara trippli minn Sam Brincat u Jasmine Abela 14-8. Depiro wieġbu bil-punti ta’ Claire Ciantar u Hannah Johnson u għamlu l-iskor indaqs 18-18 però Hibs kellhom trippla minn Ylenia Bonett flimkien ma’ Ashleigh Van Vliet biex marru minn fuq u żammew il-vantaġġ sa’ tmiem it-taqsima 26-22. Fit-tieni sessjoni Hibs għamlu run ta’ 13-2 bi trippla ta’ Brincat flimkien mal-punti ta’ Amelia Simmons u Iona Agius. F’din is-sessjoni Depiro kellhom biss seba’ punti bil-Hibs jagħlquha b’ħames punti oħra u jidħlu jistrieħu 44-29 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Hibs komplew bil-baskets ta’ Van Vliet u Simmons biex kabbru l-vantaġġ għal 20 punt. Wara risposta minn Johnson u Nicole Agius għal Depiro, il-Pawlisi kellhom il-punti ta’ Van Vliet u u Kirsty Caruana bid-Depiro jirrispondu bi break qasir ta’ 8-1 minn Johnson u Claudia Camilleri għal skor ta’ 68-46. Fl-aħħar sessjoni Depiro bdew bi trippla ta’ Agius qabel ma Hibs kisbu seba’ punti mingħajr risposta. Depiro kellhom mument tajjeb b’run ta’ 14-4 b’Ciantar u Johnson jiksbu l-maġġoranza tal-punti. Iż-żewġ coaches taw ħin lil players ta’ fuq il-bank hekk kif Hibs baqgħu jikkontrollaw il-partita sat-tmiem u ħarġu rebbieħa 83-63.

Hibernians: I. Agius 2, Y. Bonett 10, A. Van Vliet 12, S. Brincat 15, A. Simmons 21, J. Abela 6, C. Camilleri, B. Agius 2, N. Farrugia, K. Calleja 4, K. Caruana 5, M. Buhagiar 8.

 

ARMS Depiro: No. Agius, N.Borg 3, Ni. Agius 10, F. Mifsud, D. Said Hollier, C. Camilleri 3, C. Ciantar 11, J. Scerri 2, N. Hili, H. Johnson 34.

Referees: Bernard Vassallo, Luke Camilleri, Sejmir Tafilika

Starlites GIG 65

Luxol 49

(20-16)(15-15)(19-10)(11-8)

Starlites GIG wieġbu għar-rebħa tal-Hibs meta għelbu lil Luxol 65-49 biex kisbu s-sitt rebħa tal-kampjonat u l-ħames waħda fuq l-istess avversarji dan l-istaġun. Starlites fetħu tajjeb u marru 11-2 minn fuq wara punti konsekuttivi ta’ Anthea Micallef flimien ma’ trippla ta’ Christina Curmi. Wara time-out, Luxol irkupraw u waslu sa’ punt ‘l bogħod hekk kif kellhom it-trippli minn Sarah Pace u Monique Caruana. Pace poġġiethom minn fuq 16-15 però Starlites wieġbu b’basket ieħor ta’ Micallef u trippla ta’ Patricia Arguello biex temmew il-perjodu 20-16 minn fuq. Fit-tieni sessjoni l-logħob kompla jkun maqsum bil-Luxol għal darbtejn jirnexxielhom jaslu sa’ żewġ punti minn taħt. Starlites kellhom il-punti minn Michela Zammit Cordina, Mikela Riolo u Marilou Cutajar  qabel ma trippla ta’ Pace naqqset id-distakk għal punt. Qabel l-intervall Arguello kisbet three pointer ieħor biex Starlites daħlu jistrieħu 35-31 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Starlites bdew kif kienu bdew il-partita u għamlu run ta’ 15-4 fosthom trippla ta’ Zammit Cordina u punti minn Maria Bonett u Arguello biex marru 15 minn fuq 50-35. Luxol kellhom trippla ta’ Julia Schembri però l-punti minn Arguello raw lil Starlites itemmu t-taqsima 54-41 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni l-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat hekk kif Starlites setgħu jikkontrollaw il-vantaġġ li kellhom. Lejn it-tmiem kienet iż-żagħżugħa Lara Caruana Montaldo li kisbet l-aħħar punti ta’ Luxol fosthom bi trippla hekk kif Starlites rebħu l-partita 65-49.

Starlites Gig: M. Zammit Cordina 12, M. Riolo 6, A. Micallef 10, M. Bonett 6, C. Curmi 6, P. Arguello 17, M. Cutajar 4, S. De Martino 4, A. Lupo.

 

Luxol: S. Pace 17, B. Zammit, Ni. Vella 3, M. Pollacco, No. Vella 4, S. Vella 2, K. Portelli 2, A. Borg 2, J. Schembri 3, M. Caruana 3, L. Caruana Montaldo 5, Z. Neilande 8.

Referees: Luke Camilleri, Malek Hraisha, Sejmir Tafilika

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites GIG

7

6

1

13

510

388

Hiberians

7

6

1

13

488

408

Luxol

7

1

6

8

410

505

ARMS Depiro

7

1

6

8

441

548

 





Leave a comment