Hibernians kontra Startites u Luxol kontra Gżira Athleta fil-play-offs

Tuesday, April 10, 2018, 16:56

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Fi tmiem l-ewwel fażi ġew deċiżi l-postijiet tal-klassifika finali. Hibs spiċċaw fl-ewwel post u se jilgħabu kontra Starlites GIG. Ic-champions renjanti Caffè Moak Luxol se jiltaqgħu kontra Gżira Athleta. Il-polemiċi ma naqsux hekk kif Depiro komplew jinsistu li kellhom ikunu huma li jagħddu għall-play-offs wara d-deċiżjoni tal-protest Luxol vs Starlites. Dan ma seħħx biex nhar il-Ħamis jitla’ s-siparju fuq il-play-offs bl-ewwel partita minn serje ta’ 3.

Depiro 65

Hibernians 56

(13-12)(18-14)(11-12)(23-18)

Depiro temmew l-istaġun tagħhom b’riżultat sodisfaċenti meta

Ritratt: Wally Galea

b’team magħmul kollhu minn players Maltin fosthom id-debuttanta żagħżugħa Celine Fenech għelbu lil Hibernians 65-56 għalkemm il-Pawlisti xorta waħda kienu ċerti mill-ewwel post. Il-partita kellha bidu bilanċjat bit-team tad-Depiro jieħdu vantaġġ bikri ta’ 6-2 wara punti minn Maria Bonett, Steffi De Martino u Claire Ciantar. Hibs wieġbu bil-punti ta’ Sophie Abela flimkien ma’ trippla ta’ Silva Gambino biex marru fuq quddiem 12-10. De Martino u Tina Mifsud għamlu l-aħħar punti ta’ Depiro biex dawwru l-iskor fi tmiem is-sessjoni 13-12. Bonett fetħet it-tieni perjodu bi trippla biex żiedet il-vantaġġ ta’ Depiro qabel ma Hibs irrispondew bil-punti ta’ Julia Scerri biex reġgħu marru fuq quddiem. Depiro kellhom il-punti ta’ Fenech u trippla ta’ De Martino b’Iona Agius twieġeb għal Hibs b’żewġ baskets. Depiro għalqu t-taqsima b’run ta’ 8-0 fosthom trippla ta’ Nicole Agius eżatt mat-tmiem għal skor ta’ 31-26.

Wara l-intervall kienu Depiro li komplew ikabbru l-vantaġġ b’aktar punti minn De Martino u Ciantar. Hibs irkupraw u kellhom mument posittiv bit-three pointers minn Gambino u Sam Brincat li rritornat għal-logħob wara nuqqas ta’ diversi ġimgħat. Dawn però ma kienux biżżejjed hekk kif punti ta’ Mifsud raw lil Depiro jagħlqu t-taqsima 4 punti minn fuq 42-38. Fl-aħħar sessjoni, Hibs baqgħu jiġru wara l-avversarji minkejja li għal darbtejn waslu sa’ basket ‘l bogħod bit-three pointers ta’ Jasmine Abela u Gambino. Bonett kompliet twieġeb għal Depiro li kellhom run tajba ta’ 10-2 bi trippla ta’ Mifsud lejn it-tmiem biex ħarġu rebbieħa 65-56.

Depiro: M. Scicluna 2, T. Mifsud 6, M. Bonnett 21, S. De Martino 13, N. Agius 8, N. Agius, L. Camilleri, M. Camilleri, C. Fenech 4, C. Ciantar 11.

 

Hibs: E. Micallef 2, E. Cassar, S. Gambino 8, S. Brincat 3, I. Agius 4, J. Abela 6, S. Abela 5, K. Caruana 4, N. Farrugia, R. Kehoe 14, M. Said 4, J. Scerri 6.

Referees: Nicky Azzopardi, Miklos Rajzki.

Gżira Athleta 67

Starlites GIG 64

(11-11)(14-12)(21-13)(21-28)

Din il-partita ddeterminat minn se jispiċċa fit-tielet post u jevita lil Hibs fis-semi-finali u hekk kif Gżira Athleta ħarġu rebbieħa 67-64, fis-semi-finali tal-play-offs se jkunu qiegħdin jilgħabu kontra c-champions Caffè Moak Luxol fil-waqt lil Starlites GIG se jaffrontaw lil Hibs. Starlites fetħu tajjeb biex marru 9-2 minn fuq wara trippli minn Patricia Arguello. Athleta rripsondew bil-punti ta’ Amelia Simmons u three pointer minn Beverlee Zammit biex marru minn fuq però free-throws ta’ Michela Zammit Cordina raw lil Starlites jippareġjaw fuq skor ta’ 11-11. Athleta fetħu t-tieni perjodu bi break ta’ 11-2 b’aktar punti ta’ Simmons u trippla oħra ta’ Zammit. Starlites wieġbu permezz ta’ Kristy Galea u Arguello f’run ta’ 10-3 li però ma żammitx lill-Athleta milli jidħlu jistrieħu fuq quddiem 25-23.

Fit-tielet taqsima Starlites kellhom bidu tajjeb b’żewġ baskets ta’ Zammit Cordina u ieħor ta’ Galea biex marru minn fuq. Hawn però Athleta kellhom mument tajjeb speċjalment il-captain Leanne Duncan li kisbet sensiela ta’ punti konsekuttivi fosthom trippla flimkien ma’ Simmons u three pointer ieħor ta’ Zammit biex huma temmew is-sessjoni 10 punti minn fuq 46-36. Fl-aħħar taqsima Athleta komplew jikkontrollaw u r-raba’ trippla ta’ Zammit tathom vantaġġ ta’ 13 –il punt 53-40. Huma dehru resqin lejn rebħa komda hekk kif sal-aħħar minuti kienu għadhom 12 minn fuq 64-52 wara l-punti ta’ Simmons u Duncan. Starlites però daħlu fil-partita bi tlett three pointers wara xulxin minn Zammit Cordina, Galea u Arguello però free-throws ta’ Simmons u Denise Said Hollier serrħu ras l-Athleta u minkejja trippla oħra minn Zammit Cordina, Athleta ħarġu rebbieħa 67-64.

Gżira Athleta: N. Borg, B. Zammit 14, N. Hili, L. Duncan 17, A. Simmons 27, D. Said Hollier 5, A. Borg, J. Schembri, S. Vella 4, E. Pace, C. Mifsud.

 

Starlites GIG: M. Zammit Cordina 14, K. Galea 14, J. Doughty, S. Farrugia, H. Acreman 2, I. Ruiz Villar 8, L. Pirotta, P. Arguello 17, M. Cutajar, S. Davies 6, A. Lupo 3.

Referees: Emanuel Mangani, Christine Xuereb, Zvezdan Dobrosaviljevic. 

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Hibs

12

8

4

20

672

612

Caffe Moak Luxol

12

6

6

18

642

617

Gżira Athleta

12

6

6

18

685

701

Starlites

12

5

7

17

608

666

Depiro

12

5

7

17

673

684

*Luxol ħadu rebħa ta’ 20-0 wara rebħ ta’ protest kontra Starlites GIG

Is-semi-finali tal-play-offs jibdew Il-Ħamis 12 t’April u jkomplu l-Ħadd 15. F’każ ta’ bżonn tat-tielet partita tintlagħab Il-Hamis 19 t’April





Leave a comment