Hibernians kontra Gżira Athleta fil-finali

Monday, January 9, 2017, 18:56

Bank of Valletta Knock-out Irġiel

minn Colin Schembri

Starlites 65

Hibernians 79

(18-19)(24-19)(16-17)(6-24)

Hibernians huma l-ewwel finalisti tal-Bank of Valletta knock-out wara li għelbu lil Starlites 79-65. Starlites ċedew fl-aħħar sessjoni hekk kif huma bdewha b’vantaġġ ta’ erba’ punti però sofrew ir-rimonta tal-Pawlisti. Starlites kellhom id-debutt tal-player ex Hibernians Ryan Carabott però spiċċa fouled out flimkien mas-Serb Nikola Stefanovic u wieħed jistaqsi kemm kien għaqli li ġurnata qabel l-istess żewġ players lagħbu f’partita diffiċli tat-tieni diviżjoni. Starlites marru fuq quddiem wara run ta’ 6-0 bi trippla ta’ Ivan Mitrovic. Hibs wieġbu bil-punti minn Alvaro Lizaur flimkien ma’ Marco Matijevic u Adrian Micalllef hekk kif kellhom run ta’ 11-2 biex marru fuq quddiem. Punti fuq kull naħa ħallew lil Hibs punt minn fuq fi tmiem l-ewwel sessjoni 19-18. Starlites reġgħu ħadu l-vantaġġ fit-tieni taqsima bil-punti ta’ Stankovic u Carabott. Wara li Matijevic u Lizaur reġgħu poġġew lil Hibs fuq quddiem, Starlites kellhom runs ta’ 10-2 u 7-0 bi trippli minn Alec Felice3 Pace u Jacob Formosa biex fl-intervall fetħu vantaġġ ta’ 5 punti 43-38.

Fit-tielet taqsimma Hibs naqqsu d-distakk għal punt però Starlites baqgħu jżommu l-vantaġġ wara trippla oħra ta’ Mitrovic. Felice Pace ukoll żied trippla oħra u minkejja li Hibs kellhom il-punti ta’ Fabrizio Mariani, Starlites kienu għadhom 4 minn fuq fi tmiem il-perjodu 59-55. Fl-aħħar sessjoni l-folja nqalbet hekk kif Starlites waqfu jagħmlu l-punti. Hibs ħasduhom bi break ta’ 12-2 li temmewha bi trippla ta’ Luke Farrugia . Wara li Formosa wieġeb għal Starlites, Hibs komplew b’seba’ punti oħra minn Lizaur u Matijevic. Hibs issa kienu 11 minn fuq u Starlites dehru demoraliżżati u Matijevic kompla bil-punti tiegħhu flimkien ma’ Micallef biex Hibs rebħu l-partita 79-65.

Starlites: I. Mitrovic 20, M. Azzopardi, L. Vella,  A. Schembri 4, C. Schembri 2, M. Falzon, A. Felice Pace 13, R. Carabott, J. Formosa 15, N. Stankovic 14, M. Vella, T. Grech.

Hibernians: P. Attard, M. Houmpton, E. Xuereb, L. Farrugia 5, S. Attard 2, I. Bonett, K. Sultana, A. Micallef 16, M. Matijevic 22, S. Vella, F. Mariani 6, A. Lizaur 28.

Referees: Bernard Vassallo, Stephen Micallef, Christine Farrugia.

Floriana MCP Car Parks 55

Gżira Athleta 68

(6-18)(17-17)(24-18)(8-15)

Gżira Athleta wkoll kisbu post fil-finali tan-Knock out biex b’hekk se jiddefendu l-unur li rebħu l-istaġun li għadda. Athleta kellhom lura lil Nicolai Lubrano li kien pedina mportanti għal coach Joe Galea l-istaġun li għadda fil-waqt li Floriana laqgħu lura b’self mingħand Luxol lil Andrew Micallef Trigona. Athleta għalqu tajjeb lil periklu numru wieħed ta’ Floriana – Chad Patus tant li kellhu jistenna sat-tieni sessjoni biex jikseb l-ewwel punti tiegħu. Athleta kellhom l-aħjar bidu meta għamlu run ta’ 14-2 bi trippla ta’ David Camilleri u l-punti ta’ Josiah Whitehead u Michael Naudi. Floriana wieġbu bil-punti ta’ Clayton Calleja u Nikola Vasovic però punti minn Roderick Vella u Whitehead għal skor ta’ 18-6. Fit-tieni perjodi l-logħhob kien aktar bilanċjat hekk kif Floriana fetħu bl-ewwel punti ta’ Patus u trippla ta’ Shawn Pace. Athleta ma damux biex irrispondew hekk kif kellhom run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Vella. Floriana kellhom il-punti ta’ Vasovic fi break ta’ 10-2 però punti ta’ Naudi u Peter Shoults raw lill-Athleta jidħlu jistrieħu 35-23 minn fuq.

It-tielet taqsima kienet l-aħjar waħda għal Floriana għalkemm Athleta dejjem baqgħu fil-vantaġġ. Floriana bdew bi break ta’ 7-2 u komplew bi trippla ta’ Pace għalkemm Shoults ukoll wieġeb bi three pointer biex Athleta baqgħu 15 minn fuq 50-35. L-aħjar mument ta’ Floriana wasal b’run ta’ 12-2 biex naqqsu d-distakk għal 5 punti. Athleta reġgħu ħadu l-partita f’idejhom meta bdew b’run ta’ 8-0 kolla minn Whitehead u Shoults. L-aħħar sforz ta’ Floriana ġie minn Pace li kellhu żewġ three pointers biex reġa’ naqqas id-disakk għal seba’ punti. Athleta wieġbu bil-punti finali ta’ Whitehead u Vella biex rebħu l-partita 68-55.

Floriana MCP Car Parks: C. Patus 14, S. Pace 12, S. Borg, N. Vasovic 15, C. Calleja 6, A. Axiaq 6, A. Micallef Trigona 2, N. Andrejevic.

Gżira Athleta: M. Naudi 10, R. Vella 15, D. Camilleri 3, L. Stefanovic, P. Shoults 12, F. Mifsud Bonnici, B. Zammit, J. Bos, N. Lubrano 2, S. Vincic, M. G. Montaldo, J. Whitehead 26.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Erkan Ozpolat.





Leave a comment