Hibernians jippareġjaw is-serje finali

Tuesday, April 16, 2019, 17:15

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa – FINALI

minn Colin Schembri

Starlites GIG 44

Hibernians 49

(12-11)(16-9)(11-15)(5-14)

Ic-champions Hibernians ippareġjaw is-serje finali kontra Starlites GIG meta

Ritratt: Wally Galea

fit-tieni partita kinu huma li ħarġu rebbieħa fuq skor ta’ 49-44. Din id-darba Hibs kienu ferm aħjar fid-difiża fejn naqqsu ħafna mill-ħsara li Patricia Arguello u Josephine Grima għamlulhom fl-ewwel partita. Hibs għarfu jirkupraw u ankè meta kienu 10 minn taħt baqgħu kalmi sakemm fit-tielet taqsima rnexxielhom jirkupraw u fl-aħħar waħda jieħdu vantaġġ definittiv. Starlites irkupraw lil Michela Zammit Cordina u kienet nieqsa Samantha Farrugia. Għal Hibs kien hemm mill-ġdid Julia Scerri din id-darba flok Naomi Farrugia għalkemm ma ħaditx sehem fil-partita. Hibs kellhom l-aħjar bidu tal-partita meta bdew b’seba’ punti mingħajr risposta, kollha minn Leanne Duncan. Hawn waslet ir-risposta ta’ Starlites primarjament minn Giocelis Reynoso u Grima hekk kif huma għamlu run ta’ 12-2 biex ħadu vantaġġ li żammew sa’ tmiem l-ewwel sessjoni 12-11. Fit-tieni perjodu, Starlites komplew fejn ħallew u fetħu bi trippla u basket ta’ Kirsty Galea flimkien ma’ Reynoso u Arguello biex marru 8 minn fuq 20-12. Hibs kellhom risposta permezz ta’ Hannah Al Tumi u Sam Brincat iżda Starlites fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 26-16 wara punti minn Galea u Arguello. Amelia Simmons ġabet żewġ baskets lura qabel ma free-throws ta’ Arguello għalqu t-taqsima bi Starlites fuq quddiem 28-20.

Wara l-intervall kien hemm bidu tajjeb mic-champions li fetħu bi trippla ta’ Brincat li waħedha għamlet 10 punti minn 12 fl-ewwel battuti tas-sessjoni. Fil-fatt kien three pointer ieħor tagħha wara basket ta’ Simmons li għamel l-iskor indaqs 32-32 qabel ma Maria Bonnett u Reynoso reġgħu poġġew lil Starlites fuq quddiem, vantaġġ li żammew sa’ tmiem is-sessjoni 39-35. L-aħħar taqsima rat lil Hibs jaħsdu lill-avversarji b’disa’ punti mingħajr risposta bi Starlites isibu diffikulta kbira biex jinfdu d-difiża avversarja. Kienet Galea li finalment għamlet l-ewwel punti ta’ Starlites u Bonnet ippareġjat il-partita fuq skor ta’ 44-44. Dawn però kienu l-aħħar punti tagħhom għaliex minn hemm ‘l quddiem kienu Hibs biss li għamlu l-punti permezz ta’ Simmons u Elena Cassar biex rebħu l-partita 49-44.

Starlites: M. Zammit Cordina, K. Galea 12, M. Riolo, H. Acreman, M. Bonett 3, G. Reynoso 14, C. Curmi, J. Grima 7, P. Arguello 8, M. Cutajar, S. Davies, A. Lupo.

 

Hibs: E. Micallef, E. Cassar 2, K. Calleja, S. Brincat 12, I. Agius, J. Abela, S. Abela 4, A. Simmons 20, N. Farrugia, H. Al Tumi, K. Caruana 2, L. Duncan 9.

Referees: Daniella Torok, Kamil Dworniczak, Malek Hraisha

Statistika…

Starlites

Free throws – 11 on 23

Baskets – 15 on 44

Three pointers – 1 on 14

Rebounds – 37

Assists – 4

Turnovers – 13

Steals – 9

Fouls Suffered – 21

Fouls Made – 22

Hibs

Free throws – 15 on 26

Baskets – 14 on 43

Three pointers – 2 on 12

Rebounds – 46

Assists – 4

Turnovers – 19

Steals – 8

Fouls Suffered – 22

Fouls Made – 22

It-tielet partita: L-Erbgħa 24 ta’ April – 20:00





Leave a comment