Hibernians jieħdu wkoll it-tieni rebħa

Monday, May 14, 2018, 16:41

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel – FINALI

minn Colin Schembri

Hibernians 87

Gżira Athleta 79

(28-15)(19-22)(16-20)(24-22)

Hibs kisbu t-tielet rebħa fis-serje finali biex resqu

Ritratt: Wally Galea

viċin li jerbħu l-kampjonat wara nuqqas ta’ 27 sena. Gżira Athleta issa ma jistgħux ifallu hekk kif il-partita ta’ nhar L-Erbgħa se tkun deċisiva. Athleta ddependew wisq fuq l-Amerikan Jon Feiler biex kisbu l-punti hekk kif is-shooters tagħhom kellhom partita kwieta għalkemm l-inlużjoni taż-żagħżugħ Nathan Xuereb ħalliet impatt posittiv. Għal darb’oħra Hibs kienu dominanti taħt il-boards speċjalment l-offensive rebouns li qiegħdin ikunu strumentali għalijhom. Fl-attakk, Chad Patus kien superjuri speċjalment fl-ewwel żewġ sessjonijiet b’Roderick Vella jmexxi t-team u b’Marco Matijevic jagħmel xogħol siewi fid-difiża. Insomma, bil-Hibs f’din il-forma, it-triq hi għat-telgħa għal Ray Muscat u l-players tiegħhu f’dawn l-aħħar partiti li fadal. Wara li Feiler għamel l-ewwel żewġ baskets għall-Athleta, Hibs wieġbu b’run ta’ 10-2 bit-trippli ta’ Patus u Alvaro Lizaur. Wara baskets fuq kull naħa, Hibs għamlu run oħra ta’ 14-2 bil-punti ta’ Patus u Lizaur bi trippla kull wieħed flimkien ma’ Matijevic u Vella biex temmew l-ewwel sessjoni 28-15 minn fuq. Fit-tieni taqsima, Vella fetaħ bi trippla għal Pawlisti però Athleta bdew jirkupraw u għamlu run ta’ 11-2 bi three pointer ta’ Ivan Mitrovic u l-punti ta’ Micheal Naudi u Feiler. Hibs wieġbu permezz ta’ Luke Farrugia u Patus li għamel żewġ three pointers oħra. Athleta kellhom il-punti ta’ Peter Shoults u Feiler bis-sessjoni tagħlaq bi trippla fuq kull naħa minn Fabrizio Mariani u Mitrovic għal skor ta’ 47-37.

Wara l-intervall Hibs dehru li se jibqgħu fil-kontroll hekk kif żiedu l-vantaġġ wara trippla ta’ Farrugia però Athleta wkoll wieġbu bi three pointer ta’ Xuereb. Żewġ three pointers ta’ Vella raw lil Hibs jerġgħu jiftħu vantaġġ ta’ 13 –il punt 60-47 però hawn Athleta ġew lura primarjament permezz ta’ Xuereb flimkien ma’ Naudi u Feiler u waslu sa’ tlett punti ‘l bogħod qabel ma Lizaur għalaq it-taqsima favur Hibs fuq skor ta’ 63-57. Fil-ftuħ tal-aħħar taqsima, Athleta komplew jiġru wara l-avversarji sakemm irnexxielhom mhux biss jilħquhom iżda saħansitra jmorru fuq quddiem bi trippla ta’ Xuereb u żewġ baskets ta’ Feiler. Hawn però Athleta tilfu lil Naudi bil-ħames fould u sofrew ukoll technical foul għal protesti u Hibs approfittaw b’run ta’ 9-0 minn Lizaur u Matijevic. Athleta ma setgħux jirkupraw u minkejja trippla ta’ Mitrovic, Hibs għalqu l-partita bil-punti ta’Lizaur biex ħarġu rebbieħa 87-79 u rebħa nhar l-Erbgħa tarhom isiru champions.

Hibernians: R. Vella 14, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia 6, S.Attard, I. Bonnett, L. Tardito, A. Axiaq, M. Matijevic 13, A. Lizaur 18, F. Mariani 3, C. Patus 33.

 

Gżira Athleta: M. Naudi 18, P. Shoults 4, L. Stefanovic, F. Mifsud Bonnici, O. Said 2, M. Gouder 4, N. Xuereb 11, S. Vincic, I. Mitrovic 9, J. Feiler 31.

Referees: Tuomas Mantere, Nicky Azzopardi, Ivica Simic

Statistika…

Hibs

Statistika

 

Free throws – 14 on 15

Baskets – 14 on 50

Three pointers – 15 on 30

Rebounds – 45

Assists – 14

Turnovers – 8

Steals – 5

Fouls Suffered – 17

Fouls Made – 14

Athleta

Free throws – 15 on 19

Baskets – 23 on 44

Three pointers – 6 on 17

Rebounds – 40

Assists – 10

Turnovers – 10

Steals – 6

Fouls Suffered – 14

Fouls Made – 17

Ir-raba’ partita: L-Erbgħa 16 ta’ Mejju – 19:30





Leave a comment