Hibernians jieħdu l-ewwel vantaġġ

Tuesday, May 1, 2018, 13:28

Kampjonat Mapfre MSV Life – Nisa FINALI

minn Colin Schembri

Hibernians 71

Caffè Moak Luxol 62

(13-10)(11-10)(13-12)(14-19)(10-10)(10-1)

Jekk din l-ewwel finali kellha sservi ta’ preludju għal dak li se naraw fil-kumplament tal-partiti allura se jkollna finali mill-isbaħ u missielta. Kienu Hibs li ħadu l-ewwel vantaġġ wara partita ta’ 50 minuta hekk kif kien hemm bżonn żewġ sessjonijiet ta’ ħin barrani biex jiġi deċiż ir-rebbieħ. Finali li qiegħda tintlagħab bejn l-aktar żewġ timijiet li rebħu kampjonati tan-nisa, erbatax għal Hibs u tlettax għal Luxol fosthom l-aħħar erbgħa konsekuttivi. Hibs kellhom l-aħjar bidu meta bdew il-partita b’żewġ three pointers minn Sam Brincat u Silvia Gambino. Luxol wieġbu b’żewġ baskets minn Maria Brown u Sarah Pace però Brincat, li kellha partita stupenda, wieġbet bi trippla oħra flimkien ma’ basket ta’ Rachel Kehoe għal skor ta’ 15-10. Fit-tieni perjodu, Hibs kellhom break qasir ta’ 5-1 biex żiedu l-vantaġġ. Luxol għaddew minn mument tajjeb meta run ta’ 9-0 fosthom trippla ta’ Pace rathom imorru minn fuq għall-ewwel darba 20-18. Hibs però temmew it-taqsima kif bdew il-partita meta kellhom żewġ trippli minn Elena Cassar u Gambino għal skor ta’ 24-20.

Fit-tielet sessjoni Luxol naqqsu d-distakk b’basket ta’ Ritratt: Wally GaleaChristina Curmi però Hibs wieġbu bil-punti ta’ Cassar u Sophie Abela. Luxol għamlu l-iskor indaqs 30-30 qabel ma Hibs kellhom run oħra qasira ta’ 7-2 biex temmew il-perjodu 5 minn fuq 37-32. Fl-aħħar taqsima, kienu Luxol li fetħu b’żewġ three pointers minn idejn Pace biex marru fuq quddiem 38-37. Brincat kienet il-protagonista assoluta f’din is-sessjoni hekk kif kienet hi li ġarret l-attakk kollhu tal-Pawlisti fosthom żewġ trippli konsekuttivi li taw vantaġġ ta’ sitt punti lil Hibs 49-43. Luxol ma ċedewx u punti wara xulxin minn Brown u trippla ta’ Kay Portelli poġġewhom fuq quddiem però basket ta’ Brincat ippareġja l-partita 51-51. Iż-żewġ timijiet ma sabux il-basket fl-aħħar attakki tagħhom biex il-partita marret għal ħin barrani.

L-ewwel sessjoni ta’ ħin barrani fetħet bi trippla oħra ta’ Portelli u punti minn Noelene Vella u Pace b’Abela u Brincat iwieġbu għal Hibs. Fl-aħħar 4 sekondi Luxol kienu 3 minn fuq 61-58 u għalkemm ħafna ħasbu li se jirrikorru għal foul biex jitfgħu lil Hibs fuq il-free-throw line, dan ma kienx il-każ u l-ballun wasal għand Brincat li eżatt mal-horn kisbet it-trippla li ppareġjat il-partita fuq skor ta’ 61-61. Dan waqqa l-moral ta’ Luxol tant li fl-aħħar sessjoni c-champions għamlu biss punt wieħed minn free-throw ta’ Pace. Hibs minn naħa l-oħra kellhom il-punti ta’ Kehoe, Abela u trippla oħra ta’ Brincat biex inkurunat wirja stupenda hekk kif Hibs ħarġu rebbieħa 71-62.

Hibs: E. Micallef, E. Cassar 5, S. Gambino 9, S. Brincat 31, I. Agius, J. Abela, S. Abela 7, K. Caruana, N. Farrugia, R. Kehoe 15, M. Said 2, J. Scerri 2.

 

Caffè Moak Luxol: S. Pace 20, Ni. Vella, I. Baena Medina, No. Vella 5, K. Portelli 6, L. Caruana Montaldo, M. Brown 20, C. Solllami 5, C. Curmi 6.

Referees: Bernard Vassallo, Tuomas Mantere, Christine Xuereb

Statistika…

Hibs

Free throws – 12 on 16

Statistika

Baskets – 16 on 53

Three pointers – 9 on 28

Rebounds – 56

Assists – 8

Turnovers – 17

Steals – 5

Fouls Suffered – 13

Fouls Made – 20

Luxol

Free throws – 16 on 24

Baskets – 14 on 37

Three pointers – 6 on 22

Rebounds – 47

Assists – 9

Turnovers – 20

Steals – 12

Fouls Suffered – 20

Fouls Made – 13

It-tieni partita: It-Tlieta 1 ta’ Mejju – 14:30





Leave a comment