Hibernians jerbħu t-Trophy għal 10 darba

Thursday, May 23, 2013, 3:14

Doppietta ta’ Edison luis Dos Santos u goal ta’ Jackson Lima kollha fit-Tieni Taqsima ikkulminaw tmiem ta’ staġun mill-aqwa għat-tim ta’ Hibernians li għelbu lil Qormi 3-1 fil-Finali.

Għalkeemm Qormi tilfu s-servizzi ta’ Alfred Effiong kmieni fl-ewwel taqsima minħabba injury huma xorta krew iċ-ċansijiet tagħhom permezz  ta’ Bilbao Zarate u Moises Avila Perez .

Fit-tieni taqsima goals ta’ Tarabai fil-52 u l-65 taw vantaġġ komdu ta’ 2-0 lil Hibernians li minn dak il-ħin il-quddiem amministraw tajjeb il-partita , tard fil-partita Moises naqqas l-iskor għal 2-1 iżda ftit wara Jackson Lima għalaq il-partita definittivament.

 





Leave a comment