Hibernians jerbħu l-kampjonat U/16 irġiel

Monday, April 8, 2013, 21:55

KAMPJONAT TA’ TAĦT IS-SITTAX –IL SENA IRĠIEL

minn Colin Schembri

Depiro 61

Hibs 66

(9-23)(16-15)(14-12)(22-16)

Mhux soltu li nibda rapport dwar partita bi kwotazzjoni però f’din il-kategorija se nagħmel eċċezzjoni u nikkwota żewġ siltiet li qrajt ftit tal-ħin wara li spiċċat finali li entużjażmat mhux ftit lil folla numeruża li kien hemm Ta’ Qali l-Ħadd wara nofsinhar.

Dan hu dak li kiteb il-coach nazzjonali tal-Juniors Gabriele Alesse:

Ho visto…Ho visto due squadre che avrebbero entrambe meritato il titolo…Ho visto una delle due giocare per 20 minuti una super pallacanestro…ho visto un classe ’99 dominare in mezzo a tanti ’97…ho visto due ragazzi,uno per parte, finalmente giocare ai loro livelli…ho visto il gran cuore di due gemelli che non accettavano la sconfitta e che diventavano i protagonisti di una incredibile rimonta…ho visto centinaia di genitori incitare i propri ragazzi in modo splendido con grande rispetto e grandissima passione…ho visto uno spettacolo che fa veramente onore al basket giovanile di Malta…Ho visto vinti e vincitori venir applauditi allo stesso modo a fine partita consapevoli di aver dato tutto loro stessi…E’ stata veramente una bella finale…e se negli ultimi 50 secondi il risultato fosse stato deciso dai ragazzi sarebbe stata ancora più bella….Complimenti a tutti!

U dan hu li kiteb il-coach ta’ Depiro Joey Vella:

“Kudos to all the Hibs & Depiro under 16 players for the immense respect and sportsmanship they have shown towards each other. Over the course of the season I have read a number of facebook posts from both set of players praising their young counterparts, the friendly rivalry between the teams and the enjoyment/thrill they get from playing in these tight competitive games. Your actions and behavior towards one another encapsulates the true spirit of what Maltese basketball should be about and are definitely role models, not just to your younger teammates but also to everyone in the Maltese Basketball community. Well done

Żewġ kwotazzjonijiet li jirriflettu eżattament dak li ġara waqt din il-finali li fiha Hibernians taħt it-tmexxija tal-coach Silvio Cassar rebħu bl-iskor ta’ 66-61. Kienet partita li fiha rajna żghażagħ joffru basketball ta’ livell u wieħed jittama li fil-futur naraw lil dawn il-players ikomplu jiżvillupaw għal ġid tal-logħba Maltija. Irrid ngħid proset ukoll liż-żewġ settijiet ta’ partitarji li ġew għal din il-partita li kienu eżemplari tul l-40 minuta kollha u ma waqfux sekonda jinkoraġixxu lil dawn iż-żgħażagħ. Intant, kienu Hibs li fetħu qawwi fejn wara li sofrew l-ewwel basket minn Ryan John Zammit, għamlu run ta’ 11-0 fosthom trippla ta’ Simon Attrd flimkien ma’ baskets minn Kieron Caruana u Kurt Cassar. Depiro wieġbu b’seba’ punti mingħajr risposta bi trippla ta’ Timothy Zammit u naqqsu d-distakk għal basket 9-11. Però hawn reġa’ kien hemm ir-risposta ta’ Hibs li kellhom run oħra ta’ 12-0 b’Caruana jagħmel trippla flimkien m’oħra ta’ Matthew Formosa għal skor ta’ 23-9. Fit-tieni sessjoni kellna punti fuq kull naħa biex Hibs żammew il-vantaġġ30-13. Żewġ baskets tal-aħwa tewmin Samuel u Timothy Zammit naqqsu d-distakk għal Depiro. Hibs kellhom il-punti minn freethrows ta’ Jake Magro u Luke Farrugia bid-Depiro jwieġbu b’baskets minn Robert Grima u Thomas Catania biex fl-intervall Hibs kienu 13 minn fuq 38-25.

Wara l-intervall Depiro komplew bir-rimonta tagħhom u għamlu l-ewwel sitt punti għal darb’oħra minn idejn l-aħwa Zammit. Baskets ta’ Caruana u Farruga taw ftit tan-nifs lil Hibs għalkemm pronta kienet ir-risposta ta’ Depiro permezz ta’ żewġ baskets minn Catania. Samuel Zammit kellhu trippla qabel ma Hibs għalqu l-perjodu b’baskets minn Caruana u Cassar għal skor ta’ 50-39. Fl-aħħar sessjoni l-partita sbieħet ferm u l-eċitament kompla jikber. Wara li Hibs reġgħu kabbru l-vantaġġ għal 14 –il punt 56-42, Depiro wieġbu b’sitt punti konsekuttivi minn Samuel Zammit u naqqsu l-iżvantaġġ 48-56. Għal Hibs kien hemm il-punti minn Farrugia li tawhom vantaġġ ta’ 10 punti 60-50. Depiro wettqu l-aħħar att tar-rimonta tagħhom bi break ta’ 11-0 bil-punti tal-aħwa Zammit u Kurt Xuereb u marru punt minn fuq 61-60 bi ftit ħin għal tmiem il-partita.Hawn però waslu l-aħħar sitt punti tal-logħba, kollha minn Hibs minn Caruana u Farrugia biex Hibs rebħu l-partita 66-61 fost l-entużjażmu tal-partitarji tagħhom. Dan laħaq il-qofol tiegħu mal-preżentazzjoni tat-trofew mil-President tal-MBA Paul Sultana.

F’din il-link, wieħed jista jara ritratti mill-isbaħ ta’ din il-partita: http://www.facebook.com/media/set/?set=a.359250687513749.1073741843.113448038760683&type=1

Depiro: Timothy Zammit 19, Thomas Catania 6, Kurt Xuereb 5, Samuel Zammit 20, Rueben Xuereb, Raoul Vassallo, Ryan John Zammit 7, Robert Grima 4.

Hibernians: Paul Attard 2, Matthew Formosa 3. Jordan Grech, Luke Farrugia 19, Simon Attard 7. Isaac Bonett, Kieron Caruana 21, Jeremy Piscopo, Jaden Borg, Joel Cauchi, Jake Magro 2, Kurt Cassar 12.

Referees: Luke Camilleri, Zvezdan Dobrosavljevic.





2 Comments

  1. Mazinga ex-superhero says:

    He did not ref badly. It was not an easy game. There were not many errors, and, equal to both sides.
    At one time he whistled for a foul by a Depiro player and instead, gave a travelling offence against Hibs.
    Accepted!
    Above all, it was a fair game, very competitive and appreciated by all. Your comments are out of place.

    [Reply]

  2. luke camilleri refed very badly and lost depiro’s game !! learn to play basketball then go and reff them !!

    [Reply]

Leave a comment