Hibernians jerbħu l-kampjonat ta’ taħt id-19 –il sena

Monday, April 2, 2018, 18:04

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL U/19 Nisa

minn Colin Schembri

Starlites GIG 55

Hibernians 62

(7-11)(13-14)(22-14)(13-23)

Hibernians rebħu l-kampjonat tan-nisa ta’ taħt id-dsatax –il sena

Ritratt: Wally Galea

wara li finali għelbu lil Starlites GIG 62-55. Hibs kienu mmexxija min Sophie Abela li spikkat b’29 rebound u 21 punt u fil-mumenti kruċjali tal-partita kellhom il-punti ta’ Kristy Caruana u t-three pointers ta’ Jasmine Abela. Għal Starlites Kirsty Galea wkoll kellha wirja posittiva bi 23 punt. Fil-kampjonat iż-żewġ timijiet kellhom rebħa kull wieħed fil-waqt li fis-semifinali Starlites eleminaw lil Athleta fil-waqt li Hibs għelbu lil Depiro. Hibs fetħu l-partita bi trippla ta’ J. Abela u wara risposta minn Anthea Micallef għal Starlites, kien hemm sitt punti konsekuttivi minn Sophie Abela biex marru 9-2 minn fuq. Starlites wieġbu bil-punti ta’ Mikela Riolo u Jaelle Micallef flimkien ma’ trippla ta’ Galea però Hibs temmew it-taqsima 11-7 minn fuq. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu Hibs żiedu l-vantaġġ wara three pointer minn Kaya Calleja b’Galea u Michela Zammit Cordina jwieġbu għal Starlites li naqqsu d-distakk għal żewġ punti. Trippla oħra minn J. Abela flimkien ma’ basket ta’ Caruana raw lil Hibs itemmu l-perjodu 25-20 minn fuq.

Wara l-intervall, Starlites fetħu b’żewġ baskets ta A. Micallef biex reġgħu naqqsu d-distakk għal punt. Wara punti ta’ S. Abela, Starlites marru fuq quddiem b’run ta’ 9-2 fosthom trippla minn Galea għal skor ta’ 33-30. Hibs ġew lura għal darb’oħra permezz ta’ S. Abela u trippla ta’ Britney Agius però break ieħor ta’ 7-0 minn Starlites rahom itemmu l-perjodu 42-39 minn fuq hekk kif J. Abela kisbet it-tielet trippla tagħha għal Hibs. Fl-aħħar taqsima, Hibs ħasdu lill-avversarji bi ftuh qawwi hekk kif bdew bi break ta’ 13-2 bil-punti ta’ Caruana u r-raba’ three pointer ta’ Abela. Starlites ppruvaw iwettqu reazzjoni u waslu sa’ 4 punti ‘l bogħod wara baskets ta’ Micallef u Riolo. Hawn però Hibs għamlu sensiela ta’ free-throws hekk

Ritratt: Wally Galea

kif Starlites bdew iwaqqfu l-arloġġ biex baqgħu fuq quddiem sat-tmiem u rebħu l-finali fuq skor ta’ 62-55. Fi tmiem il-partita s-Segretarju Ġenerali tal-MBA Joseph Muscat ppreżenta t-trofew ta’ champions lir-rebbieħa fost il-ferħ tal-ħafna partitarji preżenti.

Starlites: Sasha Lecuyer, Kristy Galea 23, Lena Ferrante 2, Martina Ferrante 2, Michela Zammit Cordina 7, Carla Mifsud, Jaelle Micallef 5, Mikela Riolo 5, Anthea Micallef 9, Katya Zerafa, Michela Cuschieri 2, Chaterine Cilia.

Hibs: Kaya Calleja 8, Ylenia Bonnett, Zara Camilleri, Jasmine Abela 12, Britney Agius 5, Sara Said, Cristabel Camilleri, Rachele Camilleri, Kirsty Caruana 16, Marie Buhagiar, Sophie Abela 21, Amber Buhagiar.

Referees: Nicky Azzopardi, Miklos Rajzki, Kamil Dworniczak.

 





Leave a comment