Hibernians jerbħu l-ewwel konfront dirett u l-ewwel rebħa ta’ Luxol

Monday, November 25, 2019, 17:18

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Hibernians 67

Starlites GIG 63

(11-11)(20-14)(20-15)(16-23)

Hibs ħadu l-ewwel post tal-klassifika meta fl-ewwel konfront dirett għelbu lil Starlites GIG 67-63 f’partita li rat lil Pawlisti jiftħu vantaġġ ta’ 16 -il punt fit-tielet taqsima però kellhom isofru r-rimonta ta’ Starlites li marru minn fuq fir-raba’ waħda. Il-fiduċja tal-coach Silvio Gambino f’żgħażagħ bħal Jasmine Abela u Ylenia Bonett ħalliet il-frott hekk kif kellhom partita mill-aqwa. Il-ftuħ tal-partita kien bilanċjat meta ż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin. Hibs kellhom trippla minn Abela fi break ta’ 7-0 però Starlites ġew lura bil-punti ta’ Mikela Riolo, Maria Bonett u trippla ta’ Patricia Arguello iżda three pointer ma’ tmiem is-sessjoni ta’ Sam Brincat ippareġja l-partita 11-11. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni kien hemm bilanċ assolut biż-żewġ timjiet jirrispondu lil xulxin kontinwament.  Trippla fuq kull naħa minn Leanne Duncan u Michela Zammit Cordina ħalliet lit-teamijiet f’parita 20-20. Hawn Hibs kellhom mument tajjeb b’run ta’ 9-0 li għalquh bi trippla ta’ Abela u daħlu jistrieħu 31-25 minn fuq.

Wara l-intervall Hibs komplew fejn ħallew meta għamlu run oħra ta’ 14-2 b’żewġ three pointers minn Abela u Brincat flimkien ma’ punti minn Ashleigh Van Vliet. Hibs fetħu vantaġġ massimu ta’ 16 -il punt 45-29 però Starlites ma ċedewx u punti ta’ Arguello u Christina Curmi reġgħu ressquhom qrib 38-47. Sa’ tmiem it-taqsima Hibs kellhom żewġ baskets ta’ Bonett biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 11 -il punt 51-41. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni Starlites tħabtu biex jirkupraw ir-riżultat u għmlu run ta’ 12-3 bi trippli ta’ Arguello flimkien ma’ Riolo, Bonett u Steffi De Martino biex marru fuq quddiem 55-54. Huma żammew il-vantaġġ għal xi ħin iżda Hibs reġgħu marru minn fuq wara punti ta’ Kirsty Caruana u Van Vliet u trippla oħra ta’ Abela serrħitilhom rashom hekk kif ħarġu rebbieħa 67-63.

Hibernians: I. Agius, J. Scerri 4, A. Van Vliet 13, S. Brincat 9, L. Duncan 9, J. Abela 18, B. Agius, Y. Bonett 10, N. Farrugia 7, K. Calleja, K. Caruana 2, M. Buhagiar.

 

Starlites Gig: M. Zammit Cordina 7, M. Riolo 3, A. Micallef 2, S. Farrugia 8, M. Bonett 8, F. Fabok, C. Curmi 7, S. De Martino 8, P. Arguello 20, M. Cutajar, A. Lupo.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Luke Camilleri, Malek Hraisha

ARMS Depiro 61

 

Luxol 76

(19-27)(22-13)(14-19)(6-17)

Luxol ħadu l-ewwel rebħa tal-kampjonat kontra ARMS Depiro 76-61 fejn

Ritratt: Wally Galea

kellhom żewġ runs deċisivi fi tmiem it-tielet perjodu u l-bidu tar-raba’.  Depiro spiċċaw fuq in-naħa telliefa minkejja l-wirja posittiva tal-Amerikana Hanna Johnson pero Luxol kellhom lil Mandi Mercieca f’ġurnana mill-aqwa u ż-żagħżugħa Nicole Vella wieġbet b’mod mill-aqwa l-għażla tal-coach Ruth Spiteri li tpoġġija għall-ewwel darba mal-ewwel ħamsa. Wara bidu bilanċjat fejn kien hemm baskets fuq kull naħa, Luxol bdew jiftħu vantaġġ grazzi wkoll għat-three pointers tagħhom li ġew minn Sarah Pace u Antoinette Borg 20-11. Depiro naqqsu xi ftit id-distakk però Luxol kellhom trippla oħra minn Mercieca biex temmew il-perjodu 27-19 minn fuq. Depiro kellhom bidu mill-aqwa għat-tieni taqsima meta bdew b’run ta’ 12-2 b’diversi punti ta’ Jhonson, Ciantar u Martina Scicluna u marru minn fuq 33-31. Luxol irkupraw bil-punti ta’ Crisitina Sollami u trippla ta’ Beverlee Zammit però Depiro baqgħu jirrispondu tant li sal-intervall marru punt minn fuq 41-40.

Wara l-mistrieħ il-partita kompliet bl-istess andament bil-punti ġejjin fuq iż-żewġ naħat. Punti ta Johnson raw lil Depiro jmorru 3 minn fuq 52-49 però hawn Luxol kellhom run ta’ 10-3 bi three pointers minn Pace u Monique Caruana u temmew it-taqsima 59-55 minn fuq. Fl-aħħar perjodu, Luxol komplew bir-run tagħhom speċjalment bil-punti ta’ Mercieca u Vella u fetħu vantaġġ ta’ 13 -il punt 70-57. Depiro ma rnexxielhomx jerġgħu jirkupraw u Luxol għalqu l-partita bil-punti ta’ Vella u rebħu l-partita 76-61.

ARMS Depiro: No. Agius, T. Mifsud, Ni. Agius 12, N. Borg, 7, J. Borg 2, D. Said Hollier, M. Scicluna 2, C. Ciantar 13, S. Farrugia 3, N. Hili 2, H. Johnson 27, E. Cassar.

 

Luxol: S. Pace 12, B. Zammit 3, Ni. Vella 15, I. Baena, No. Vella, C. Sollami 5, K. Portelli, A. Borg 11, J. Schembri, M. Caruana, P. Ellul, B. Zammit 27.

Referees: Gordon Barbara, Ivica Simic, Zvezdan Dobrosaviljevic





Leave a comment