Hibernians jerbħu it-53 edizzjoni tan-Knock Out

Monday, April 1, 2019, 19:08

Bank of Valletta Knock-out Irġiel

minn Colin Schembri

Depiro 87

Hibernians 91

(13-28)(27-16)(21-25)(20-12)(6-10)

Hibernians rebħu il-Bank of Valletta knock-out għat-tielet sena konsekuttiva

Ritratt: Stefan Abela (BOV Club)

meta wara finali stupenda għelbu lil Depiro 91-87 wara l-ħin barrani. Il-partita kienet denja ta’ finali u ntlagħbet quddiem attendenza mill-aqwa biż-żewġ settijiet ta’ partitarji jinkoraġixxu kontinwament lil players tagħhom. Għal Hibs partita stupenda ta’ Roderick Vella, surmast fil-court fejn mexxa lit-team u kien hu r-rebbieħ tal-MVP tal-finali. Fuq in-naħa l-oħra kien hemm l-Amerikan Jack Nygaard li tħabat ferm flimkien mal-konazzjonali tiegħhu Trent Steen. Ħasra li xi ħadd kellhu jitlef fi tmiem ta’ partita bħal din però bħal ma jiġri f’kull sport xi ħadd irid jitlef u xi ħadd irid jirbaħ. Nota wkoll posittiva kien il-kontroll tat-tlett uffiċjali tal-partita fejn tista tgħid li ma kien hemm l-ebda polemika tul il-45 minuta tal-logħba. Ic-champions ma setax ikollhom bidu aħjar meta ħasdu lill-avversarji tagħhom b’run ta’ 17-3  fejn kellhom it-three pointers minn Chad Patus u Alvaro Lizaur flimkien mal-punti ta’ Anton Axiaq, Vella u Luca Tardito. Depiro kellhom risposta b’sitt punti minn Nygaard u Steen però Hibs żiedu l-vantaġġ bi tlett baskets ta’ Ivan Demcesen u trippla ta’ Vella għal skor ta’ 28-13. Il-ftuħ tat-tieni sessjoni kien differenti hekk kif kienu Depiro li bdew fuq l-offensiva u trippla ta’ Omar Said bdietilhom run ta’ 17-2 fejn kien hemm ukoll three pointers minn Nygaard u Nicholas Grech u huma għamlu l-iskor indaqs 30-30. Patus wieġeb għal Hibs b’5 punti fosthom trippla flimkien m’oħrajn ta’ Luke Farrugia u Lizaur biex reġgħu marru fuq quddiem. Depiro għalqu s-sessjoni bil-punti ta’ Nygaard u Steen għal skor ta’ 44-40 favur Hibs.

Wara l-intervall, Hibs dehru li se jerġgħu jinqataw fuq quddiem meta kellhom aktar three pointers minn Lizaur, flimkien ma’ baskets ta’ Tardito. Minkejja li Depiro wkoll kellhom il-punti tagħhom minn Said u Nygaard, trippla

Ritratt: Stefan Abela (BOV Club)

ta’ Vella ret lil Hibs jiftħu vantaġġ ta’ 13 –il punt 63-50. Steen wieġeb għal Depiro b’ħames punti però Vella u Patus ukoll kellhom il-punti għac-champions li temmew it-taqsima 69-61 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni l-partita laħqet il-qofol tagħha hekk kif Depiro bdew b’run ta’ 11-4 b’Nygaard imexxilhom l-attakk. Għal darbtejn huma waslu sa’ basket ‘l bogħod qabel ma trippla ta’ Patus tat vantaġġ ta 5 punti lil Hibs 80-75. Depiro ma ċedewx u punti tal-Amerikan Keshaun Hamilton żammewhom fil-logħba. Fl-aħħar nofs minuta Axiaq għamel free-throw minn tnejn, biex Hamiltom ġab l-iskor indaqs 81-81 fl-aħħar ftit sekondi. Hibs kellhom il-pusess finali bil-ballun għand Patus però l-Kanadiż ma sabx il-basket biex il-partita kellha tmur fil-ħin barrani. Hawn Depiro marru minn fuq għall-ewwel darba fil-partita bil-punti ta’ Nygaard u fetħu vantaġġ ta’ 3 punti 87-84. Minn hemm ‘l quddiem kienu Hibs li għamlu l-punti permezz ta’ Patus u Tardito biex rebħu l-partita 91-87. Wara saret il-preżentazzjoni mis-Sur Peter Perotti Chief Executive tal-Bank of Valletta flimkien mal-President tal-MBA Paul Sultana. Roderick Vella rebaħ l-unur tal-MVP fil-waqt li l-captain tal-Hibs Marco Matijevic għolla t-tazza fost il-ferħ tal-partitarji u diriġenti Pawlisti.

Depiro: T. Steen 27, K. Hamilton 8, J. Attard, D. Farrugia, A. Aquilina, N. Grech 4, O. Said 6, M. Mallia, M. Borg, J. Nygaard 34, A. Chomo 8, A. Attard.

Hibs: R. Vella 15, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia 3, M. Formosa, I. Bonett, L. Tardito 14, A. Axiaq 11, M. Matijevic,

Ritratt: Stefan Abela (BOV Club)

A. Lizaur 19, I. Demcesen 6, C. Cuschieri Patus 23.

Referees: Bernard Vassallo, Tuomas Mantere, Zvezdan Dobrosaviljevic





Leave a comment