Hibernians jagħtu l-ewwel telfa lil Mellieħa

Tuesday, January 14, 2020, 22:40

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Depiro 61

Gżira Athleta 75

(17-16)(13-22)(13-19)(18-18)

Gżira Athleta ħadu l-ewwel rebħa fil-kampjonat wara li għelbu lil Depiro 75-61 fl-ewwel partita wara nuqqas ta’ diversi ġimgħat ta’ logħob. Athleta ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 11-7 sa’ nofs l-ewwel taqsima però sofrew ir-rimonta ta’ Depiro li bdiet bi trippla ta’ Andy Attard. Depiro komplew b’ħames punti mingħajr risposta li rawhom idawwru l-iskor favur tagħhom 17-16. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu Athleta bdew bi trippla ta’ Ivan Cascione biex reġgħu marru fuq quddiem għalkemm trippla ta’ Mert Cicekepte rat lil Depiro jippareġjaw 22-22. Wara baskets fuq kull naħa, Athleta għamlu run ta’ 10-2 biex sal-intervall fetħu vantaġġ ta’ 8 punti 38-30.

Fit-tielet taqsima l-punti bdew ġejjin bil-mod qabel ma’ Depiro għamlu break qasir ta’ 7-0 bi trippla minn Chris Bevin u waslu sa’ 4 punti ‘l bogħod 42-46. Hawn Athleta għamlu run oħra ta’ 9-0 bil-punti ta’ Hubert Agius biex temmew is-sessjoni 57-43 minn fuq. Fl-aħħar taqsima Depiro tħabtu biex jerġgħu jnaqqsu d-distakk però qatt ma rnexxielhom jinżlu taħt l-10 punti. Athleta għamlu break ieħor ta’ 8-2 biex fetħu vantaġġ massimu ta’ 15 -il punt u baqgħu jikkontrollaw il-partita sat-tmiem hekk kif ħarġu rebbieħa 75-61.

Depiro: C. Bevin 14, M. Agius 13

Gżira Athleta: I. Cascione 18, S. Galea 17.

Gżira Athleta 53

 

Fusion 83

(8-18)(11-19)(17-23)(17-23)

Wara r-rebħa kontra Depiro Athleta reġgħu kienu fl-azzjoni din id-darba kontra Fusion li saħħew it-team b’aktar akkwisti ta’ players Serbi. Fusion ma setax ikollom bidu aħjar meta fetħu l-partita b’run ta’ 11-2 bil-punti ta’ Nikola Bozovic u Nebjosa Komienic. Athleta wieġbu bil-punti ta’ Karolis Vitonis però kienu Fusion li għamlu l-aħħar seba’ punti tat-taqsima għal skor ta’ 18-8. Fit-tieni perjodu Fusion komplew iżidu d-distakk wara trippla ta’ Alex Veselinovic u wara żewġ baskets minn Vitonis għall- Athleta, Fusion kellhom run ta’ 9-0. Punti konsekuttivi minn Nadir Serafini fosthom trippla raw lil Athleta jnaqqsu d-distakk għalkemm kienu Fusion li daħlu fuq quddiem 37-19.

Wara l-intervall l-partita kompliet bl-istess andament fejn Fusion bdew b’run oħra ta’ 10-2 bit-trippla ta’ Bozovic. Athleta kellhom mument tajjeb kekk kif kienu huma li għamlu break ta’ 12-2 però trippli minn David Garcia u Bozovic reġgħu stabilixxew il-vantaġġ ta’ Fusion li temmew is-sessjoni 60-36 minn fuq. Fl-aħħar taqsima kien hemm aktar trippli għall-Balkani qabel ma Athleta għamlu break ta’ 11-2 li serva biss biex inaqqsu d-distakk. Fusion għalqu l-partita bil-ħames trippla ta’ Bozovic hekk kif ħarġu rebbieħa 83-53.

Gżira Athleta: K. Vitonis 19, N. Buhagiar 14.

Fusion: N. Bozovic 30, A. Ivankovic 11

Mellieħa Libertas 66

 

Hibernians 75

(14-11)(17-25)(15-20)(20-19)

Fil-partita tal-ġurnata, Hibernians temmew l-imbattibilita ta’ Mellieħa f’dan l-istaġun hekk kif għelbuhom 75-66 f’partita kumbattuta. Bis-saħħa ta’ din ir-rebħa Hibs qabżu lill-istess Mellieħa fil-klassifika grazzi għall-konfront dirett biż-żewġ timijiet isssa għandhom erba’ rebħiet u telfa. Mellieħa kellhom jiddebutta l-aħħar akkwist tagħhom David Camilleri però kien nieqes Alex Perunicic. Il-partita rat lil Mellieħa jieħdu l-ewwel vantaġġ wara baskets ta’ Nenad Stojanovski u Emanuel Lupi u marru 8-4 minn fuq. Hibs wieġbu permezz ta’ Luke Farrugia u Kieron Caruana però żewġ trippli minn Ricardo Costa u Jhun Lisandrau raw lil Mellieħa jtemmu s-sessjoni 14-11 minn fuq. Fit-tieni perjodu Mellieħa kabbru l-vantaġġ però hawn sofrew l-insistenza tal-Hibs speċjalment bit-three pointers minn Caruana u minkejja li Camilleri kiseb ukoll żewġ trippli, Hibs daħlu jistrieħu 36-31 minn fuq.

Fit-tielet perjodu Hibs kabbru l-vantaġġ għall-10 punti qabel ma Mellieħa reġgħu wieġbu permezz ta’ Stojanovski u naqqsu d-distakk għal 4 punti 38-42. Hawn Hibs reġa’ kellhom it-trippli minn Paul Attard u Farrugia u sa’ tmiem is-sessjoni kienu 10 minn fuq 56-46. Fl-aħħar sessjoni Mellieħa reġgħu waslu sa’ 4 punti però Hibs wieġbu b’run ta’ 9-2. Żewġ trippli minn Costa u Lisandrau wara turn-overs tal-Hibs ħallew lil Mellieħa jittamaw però l-ħin kien kontra tagħhom u Hibs għalqu l-partita bil-free-throws tal-akkwist il-ġdid tagħhom Sean Borg u rebħu l-partita 75-66.

Mellieħa Libertas: N. Stojanovski 15, R. Costa 11

Hibernians: K. Caruana 22, I. Bonett 17

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Hibs

5

4

1

9

429

345

Mellieha

5

4

1

9

435

309

Gżira Athleta

5

1

4

7

316

376

Fusion

4

2

2

5

252

248

Depiro

3

2

1

5

101

75

Starlites GIG

3

1

2

4

233

267

Pyrinto

3

0

3

2

83

199

Depiro 2 walkovers vs Pyrinto,Fusion




Leave a comment