Hibernians iżommu s-Super Cup għat-tieni staġun konsekuttiv

Monday, October 7, 2019, 18:02

St. James Hospital Super Cup Irġiel- FINALI

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 66

Hibernians 69

(9-21)(24-12)(16-15)(17-21)

Hibernians huma r-rebbieħa tat-tletin edizzjoni tas-Super Cup tal-irġiel wara li fil-finali għelbu lil Gżira Athleta 69-66. Hibs kellhom players ġodda wara t-tazza Indipendenza ta’ ħmistax ilhu hekk kif akkwistaw lil William Ahlberg mingħand Luxol u ntroduċew lill-player Amerikan Chandler Rowe. Athleta kellhom nieqes lil captain Peter Shoults u n-nuqqas tiegħhu inħass speċjalment meta kellhom problemi bil-fouls. Athleta huma t-team li l-aktar rebaħ din it-tazza fil-waqt lil għal Hibs kien it-tieni suċċess wara l-istaġun li għadda. Kienu Hibs li kellhom l-aħjar bidu permezz tal-kppja Ahlberg u David Bugeja li bejniethom għamlu l-ewwel 14 -il punt tal-Hibs b’żewġ three pointers. Athleta bdew isibu diffikulta biex jippenetraw id-difiża tal-Hibs tant li dawn tal-aħħar komplew iżidu l-vantaġġ wara l-ewwel punti ta’ Rowe flimkien ma’ Anton Axiaq u Marco Matijevic biex temmew l-ewwel sessjoni 21-9 minn fuq. Fit-tieni perjodu d-dħul ta’ Milos Novakovic saħħaħ l-attakk tal-Athleta li wara li marru 14 minn taħt 11-25, kellhom run ta’ 14-2 b’erba’ three pointers minn Novakovic u Nathan Xuereb biex waslu sa’ basket ‘l bogħod 25-27. Hibs irkupraw xi ftit b’sitt punti mingħajr risposta però kienu Athleta li għalqu t-taqsima bl-aħjar mod meta kellhom break ieħor ta’ 8-0 fosthom trippla ta’ Matthew Gouder għal skor ta’ 33-33.

Wara l-intervall, Athleta marru għall-ewwel darba minn fuq bi trippla ta’ Xuereb. Hibs

Ritratt: Wally Galea

kellhom risposta permezz ta’ Axiaq u Rowe biex għal tlett darbiet reġgħu ħadu vantaġġ ta’ basket. Athleta wieġbu b’ħames punti ta’ Shawn Pace minn three pointer u fast break u għalkemm Hibs reġgħu marru minn fuq, basket ta’ Connell Crossland ra lil Gżira jagħlqu s-sessjoni punt fuq quddiem 49-48. Fl-aħħar taqsima l-partita kompliet tkun akkanita hekk kif kienu Hibs li reġgħu ħadu l-vantaġġ permezz ta’ trippla ta’ Ahlberg u punti minn Matijevic u Nikola Vasovic. Athleta rnexxielhom biss li għal darba jagħmlu l-iskor indaqs 55-55 wara basket ta’ Ian Thiesen għaliex punti minn Ivan Demcesen flimkien ma’ Matijevic raw lil Hibs jiftħu vantaġġ ta’ sitt punti lejn tmiem il-partita. Il-Pawlisti żammew dan il-vantaġġ u minkejja trippla finali ta’ Pace lejn it-tmiem, kienu huma li ħarġu rebbieħa 69-66 biex żammew l-unur li rebħu l-istaġun li għadda. Fi tmiem il-partita s-Segretarju Ġenerali tal-MBA Joseph Muscat ppreżenta t-trofew lil captain tal-Hibernians Marco Matijevic.

Gżira Athleta: C. Crossland 10, S. Pace 10, B. Zammit, S. Vincic, L. Stefanovic, S. Galea, N. Xuereb 12, M. Gouder 12, M. Novakovic 12, I. Thiesen 10, E. Abela, R. Abela.

 

Hibernians: P. Attard, D. Bugeja 17, W. Ahlberg 16, L. Farrugia, M. Attard, I. Bonnett 2, N. Vasovic 4, A. Axiaq 6, M. Matijevic 10, K. Sultana, I. Demcesen 6, C. Rowe 8.

Referees: Bernard Vassallo, Ivica Simic, Kamil Dworniczak.





Leave a comment