- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Hibernians iżommu in-Knockout għat-tielet tazza dan l-istaġun

Posted By sportinmalta1 On April 1, 2018 @ 9:57 pm In Basketball,Featured | No Comments

Bank of Valletta Knock-out Irġiel

minn Colin Schembri

Bupa Luxol 70

Hibernians 85

(10-16)(18-31)(17-19)(25-19)

Hibernians huma r-rebbieħa tal-Bank of Valletta knock-out

Ritratt: Wally Galea

għal dan l-istaġun wara li fil-finali għelbu lil Bupa Luxol 85-70 biex kisbu t-tielet trofew tagħhom dan l-istaġun wara s-suċċessi fis-Shield u t-Tazza Louis Borg. Dan kien ir-raba’ knock-out li mar Raħal Ġdid wara r-rebħ fis-snin 1988, 1989 u l-istaġun li għadda. Iż-żewġ timijiet kienu bl-aħjar formazzjoni possibli hekk kif Luxol inkludew ukoll lil Dirk Schembri għal din il-finali.  Luxol għamlu l-ewwel żewġ baskets tal-partita minn William Ahlberg bil-Hibs iwieġbu bil-punti minn Anton Axiaq u Alvaro Lizaur. Luxol reġgħu feġġew fuq quddiem għall-aħħar darba fil-partita wara baskets ta’ Schembri, Nicola Vasovic u Ahlberg. Id-dħul ta’ Luke Farrugia ra’ lil Hibs jagħmlu run ta’ 12-0 b’Farrugia jagħmel tlett three pointers flimkien mal-punti ta’ Chad Patus għal skor ta’ 16-10. Hibs komplew fil-ftuħ tat-tieni perjodu meta kellhom aktar punti minn Axiaq, Patus u Farrugia f’run ta’ 8-0 biex marru 14 minn fuq 24-10. Luxol ippruvaw jirkupraw u kellom il-punti ta’ Kyle Meyer u trippla minn Ahlberg però Hibs irrispondew tajjeb permezz ta’ Lizaur u Luca Tardito biex baqgħu 12 –il punt fuq quddiem 35-23. Hawn Hibs kellhom mument ieħor tajjeb bi break ta’ 10-0 bi trippla ta’ Roderick Vella u minkejja li Luxol kellhom trippla minn Vasovic, fl-intervall Hibs kienu 47-28 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Luxol bdew bi trippla ta’ Meyer però Hibs malajr wieġbu bi break ta’ 11-2 bil-punti ta’ Vella u Marco Matijevic. Hibs kellhom ukoll żewġ trippli minn Patus bir-risposta ta’ Luxol tkun ta’ sitt punti mingħajr risposta minn Vasovic, Schembri u Keith Dimech għal

Ritratt: BOV - Stefan Abela

skor ta’ 66-45. Fl-aħħar taqsima Luxol għamlu l-aħħar sforz li rahom jibdew bi tlett three pointers konsekuttivi, 2 ta’ Vasovic u ieħor minn Ahlberg biex naqqsu d-distakk għal 12 –il punt 54-66. Hibs irkupraw u wieġbu bil-punti ta’ Matijevic u trippla ta’ Simon Attard għalkemm Luxol reġgħu wieġbu bi trippla ta’ Dimech u basket ta’ Schembri. Hawn Hibs għamlu run oħra ta’ 10-0 bi three pointers minn Patus u Attard biex temmew kull tama ta’ Luxol li jsalvaw il-partita. Minkejja dan, Luxol temmew il-partita bi tlett three pointers oħra li servew biss biex jagħmlu l-iskor aktar rispettabli bil-Hibs jieħdu r-rebħa fuq skor ta’ 85-70 fost il-ferħ tal-partitarji tagħhom. Fl-aħħar tal-logħba, is-Sur Peter Perotti Chief Officer Bank of Valletta ippreżenta l-unur tal-MVP tal-finali lil Luke Farrugia u t-trofew tan-Knock Out lil captain ta’ Hibs Marco Matijevic.

Bupa Luxol: CJ Cordina, M. Sjoberg, N. Vasovic 18, J. Mellilo, JP Schembri, K. Dimech 11, W. Ahlberg 20, K. Meyer 13, A. Micallef Trigona, D. Schembri 8.

Hibs: R. Vella 11, P. Attard, K. Sultana,  L. Farrugia 17, S. Attard 6, I. Bonett, L. Tardito 4, A. Axiaq 11, M. Matijevic 8, A. Lizaur 8, F. Mariani, C. Patus 20

Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Tuomas Mantere.

Ritratt: BOV - Stefan Abela

Ritratti: Wally Galea u BOV Club (Stefan Abela)


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/hibernians-izommu-in-knockout-ghat-tielet-tazza-dan-l-istagun/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.