- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Hibernians itemmu l-ewwel round fl-ewwel post

Posted By sportinmalta1 On January 15, 2018 @ 4:59 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Hibernians 84

Starlites GIG 70

(22-18)(20-24)(23-15)(19-13)

Hibs temmew l-impenji tagħhom fl-ewwel round b’rebħa fuq Starlites GIG 84-70 fejn iż-żewġ timijiet kienu qiegħdin jiltaqgħu għall-ewwel darba dan l-istaġun. Għal Hibs għadu nieqes Simon Attard u kien nieqes ukoll Fabrizio Mariani però rritorna Kieron Caruana. Starlites kellhom lura lil Robert Bonnici li kien tilef l-aħħar partita tagħhom. Il-partita kienet bilanċjata għal ħin twil tant li sal-intervall kien hemm parita però żewġ runs minn Hibs fit-tielet sessjoni u l-bidu tar-raba’ rawhom jieħdu kontroll tal-partita. Il-Pawlisti bdew b’run ta 9-2 bl-Ispanjol Alvaro Lizaur ikompli fejn ħalla l-ġimgħa li għaddiet bit-three pointers tiegħu b’Roderick Vella, għal darb’ohra protagonist b’seba’ steals u seba’ assists. Wara aktar three pointers ta’ Hibs minn Luke Farrugia u Chad Patus, Starlites irrispondew bil-punti ta’ Shawn Pace li kellhu żewġ trippli u l-Amerikan Mitchell Brewe biex għamlu l-iskor indaqs 16-16. Hibs ġew lura u għalqu s-sessjoni bi break ta’ 8-2 bi trippla oħra ta’ Farrugia għal skor ta’ 22-18. Fit-tieni perjodu, Starlites ħarġu aħjar mill-avversarji tant li fetħu b’run ta’ 11-0 bil-punti ta’ Brewe flimkien ma’ Ryan Carabott u Alec Felice Pace. Mario Tabone għajat time-out u Hibs irkupraw b’basket ta’ Lizaur però trippla ta’ Brewe tat vantaġġ massimu ta’ 8 punti lil Starlites 32-24. Hibs irrispondew b’run ta’ 13-2 b’aktar punti ta’ Lizaur flimkien ma’ Marco Matijevic u żewġ trippli ta’ Patus però hekk kif huma fetħu vantaġġ ta’ sitt punti,  Starlites kellhom trippla ta’ Pace u tlett free-throws ta’ Felice Pace eżatt qabel intemmet it-taqsima biex għamlu l-iskor indaqs 42-42.

Wara l-intervall iż-żewġ timijiet baqgħu viċin xulxin hekk kif kien punti fuq kull naħa. Trippla ta’ Lizaur tat vantaġġ lil Hibs li komplew b’run ta’ 12-2 bi three pointers minn Vella u Lizaur. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet għal darb’oħra minn Pace bi three pointer ieħor però kienu Hibs li temmew il-perjodu fuq quddiem 65-57 wara punti ta’ Vella. Hibs ħadu aktar kontroll tal-partita fl-ewwel ħinijiet tal-aħħar sessjoni meta kellhom break ieħor qasir ta’ 8-0 kollhu minn Patus. Huma fetħu vantaġġ ta’ 16 –il punt u minkejja li Starlites baqgħu jitħabtu, u naqqsu d-distakk bit-trippli ta’ Pace u Felice Pace qatt ma resqu viċin biżżejjed biex Hibs serrħu rashom bil-punti ta’ Farrugia u Patus u ħarġu rebbieħa 84-70.

Hibernians: R. Vella 8, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia 11, I. Bonnett, K. Caruana, A. Axiaq 4, M. Matijevic 9, A. Lizaur 24, C. Patus 28.

 

Starlites GIG: S. Pace 15, M. Azzopardi, R. Bonnici 6, A. Schembri, S. Borg, A. Felice Pace 12, R. Carabott 10, O. Psaila, N. Andrejevic, J. Wait, M. Brewe 27.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic, Ivica Simic.

Cynergi Depiro 71

Gżira Athleta 75

(22-23)(18-20)(14-20)(17-12)

Gżira Athleta ħadu t-tielet rebħa tal-kampjonat minn tlett

Ritratt: Wally Galea

partiti wara li għelbu lil Cynergi Depiro 75-71 fi tmiem ta’ partita mill-isbaħ. Iż-żewġ timijiet kelllhom xi players importanti neqsin fejn għal Depiro, David Camilleri ma setgħax jilgħab kontra l-ex team tieghu għax kien ma jiflaħx fil-waqt li għall-Athleta kien nieqes Michael Naudi u Ivan Mitrovic weġġa’ wara ftit minuti u ma ħax sehem iktar fil-partita. Dan ippermetta li ż-żagħżugħ Francesco Mifsud Bonnici jilgħab l-40 minuta tal-partita hekk kif kien hemm spazju wkoll għal żagħżugħ ieħor tal-Athleta, Nathan Xuereb. Depiro kellhom ukoll jagħddu ħafna ħin mingħajr l-Amerikan Dominic Scafidi li spiċċa fouled out kmieni.  Il-partita kellha bidu mill-aqwa b’seba’ three pointers, ħamsa minnhom tal-Athleta minn Peter Shoults, Mitrovic u 2 ta’ Billy Zammit biex marru 21-14 minn fuq. Għal Depiro kien hemm il-punti ta’ Scafidi u Andrew Aquilina, it-tnejn bit-three pointers flimkien ma’ David Bugeja. Depiro komplew bi 8 punti oħra biex marru minn fuq iżda basket tal-Amerikan Jon Feiler tal-Athleta għalqilhom it-taqsima fuq quddiem 23-22. Fit-tieni perjodu, Depiro reġgħu fetħu tajjeb u mgħejjuna bit-three pointers ta’ Kurt Xuereb u Aquilina, marru 4 minn fuq 31-27. Hawn Athleta rkupraw hekk kif għamlu break ta’ 13-2 b’Feiler isib ħafna spazju taħt il-board hekk kif Scafidi kien fuq il-bank bil-fouls. Depiro rnexxielhom inaqqsu xi ftit id-distakk bil-punti ta’ Bugeja però kienu l-Athleta li daħlu għall-mistrieħ fuq quddiem 43-40.

Fit-tielet taqsima, Depiro għamlu l-iskor indaqs wara baskets minn Bugeja u Xuereb. Ir-risposta tal-Athleta ġiet bit-three pointers ta’ Shoults u Said flimkien ma’ aktar baskets ta’ Feiler u trippla ta’ Xuereb għal skor ta’ 63-54. L-iżvantaġġ ta’ 9 punti  ma żammx lura lil Depiro li fetħu l-aħħar taqsima b’run ta’ 8-2 biex reġgħu waslu sa’ tlett punti ‘l bogħod. Athleta wieġu bi trippla ta’ Said u l-punti ta’ Mifsud Bonnici u mill-ġdid stabbilixxew il-vantaġġ li fethu t-taqsima bih 74-65. L-aħħar sforzi ta’ Depiro ssarrfu f’żewġ three pointers minn Lene Duckinson u Aquilina però l-ħin kien kontra tagħhom u Athleta ħarġu rebbieħa 75-71.

Cynergi Depiro: D. Bugeja 21. L. Duckinson 7, A. Aquilina 12, N. Grech 3, A. Attard, M. Mallia 1, K. Xuereb 16, M. Borg, D. Scafidi 11.

 

Gzira Athleta: B. Zammit 11, P. Shoults 10, L. Stefanovic, F. Mifsud Bonnici 7, O. Said 16, N. Xuereb 3, S. Vincic, I. Mitrovic 3, J. Feiler 25.

Referees: Gordon Barbara, Nicky Azzopardi, Tuomas Mantere.

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Hibs

4

3

1

7

327

292

Gżira Athleta

3

3

0

6

243

225

Bupa Luxol

4

2

2

6

367

321

Cynergi Depiro

4

1

3

5

282

319

Starlites

3

0

3

3

219

281


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/hibernians-itemmu-l-ewwel-round-fl-ewwel-post/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.