Hibernians Champions għal 15 –il darba fl-istorja tagħhom

Monday, May 7, 2018, 19:40

Kampjonat Mapfre MSV Life – Nisa FINALI

minn Colin Schembri

Hibernians 50

Caffè Moak Luxol 47

(7-14)(6-14)(27-10)(10-9)

Hibs huma c-champions il-ġodda tal-basketball

Ritratt: Wally Galea

femminili wara li kisbu t-tielet rebħa fil-finali tal-kampjonat Mapfre MSV Life kontra l-ex champions Caffè Moak Luxol. Dan huwa il-ħmistax il-kampjonat fl-istorja Pawlista u l-ewwel wieħed wara l-2010. Hibs żammew ir-rekord ta’ ħames kampjonati konsekuttivi hekk kif Luxol waqfu fuq erbgħa bejn l-2014 u l-2017.  Wieħed minn dawn l-erba’ kampjonati ta’ Luxol intrebaħ minn Sandro Farrugia, il-coach li issa mexxa lil Hibs għas-suċess. Il-coach Farrugia għandu mertu kbir għal dan is-suċċess ankè fil-partita tal-bieraħ fejn bidliet li għamel wara l-intervall irriżultaw deċisivi għar-riżultat finali. Hibs rebħu l-ewwel żewġ finali 71-62 u 56-41 però Luxol kellhom l-akbar ċans li jisfurzaw ir-raba’ partita hekk kif kellhom vantaġġ ta’ 15 –il punt li m’għarfux jikkontrollaw. Fil-fatt il-vjola bdew bl-ewwel 10 punti tal-partita mingħajr risposta bi trippla ta’ Sarah Pace flimkien ma’ Maria Brow u Martina Darmanin. Hibs finalment wieġbu permezz ta’ trippla ta’ Sam Brincat u baskets minn Maria Said però Luxol temmew it-taqsima 7 minn fuq 14-7. Fit-tieni perjodu, Hibs komplew isibu diffikulta biex jagħmlu l-punti u Luxol approfittaw bi break ta’ 7-0 fl-ewwel minuti fosthom trippla oħra ta’ Pace għal skor ta’ 21-7. Sophie Abela wieġbet għal Hibs b’żewġ baskets però Luxol kellhom 5 punti oħra minn Cristina Sollami u Brown biex daħlu jistrieħu 15 –il punt minn fuq 28-13.

Wara l-intervall però l-partita nqalbet. L-ewwel mossa ta’ Farrugia kien id-dħul ta’ Iona Agius li ddefendiet strettament lil Pace u naqqsitilha ħafna mir-ritmu tal-ewwel żewġ sessjonijiet. Hibs tejjbu l-attakk tagħhom u għamlu run ta’ 13-3 fosthom żewġ trippli minn Silvia Gambino u oħra ta’ Agius. Punti ta’ Brown taw ftit nifs lil Luxol iżda t-tieni bidla ta’ Farrugia

Ritratt: Wally Galea

fejn daħħal lil Ema Micallef issarrfet fi tmien punti mill-istess player fejn kellha żewġ three pointers u l-Hibs marru fuq quddiem. Pace irnexxielha tagħmel trippla għal Luxol iżda fast break konkluż b’mod posittiv minn Agius ra lil Hibs jagħlqu t-taqsima basket minn fuq 40-38. Fl-aħħar sessjoni, Luxol tħabtu speċjalment fl-ewwel ħinijiet fejn kellhom il-punti ta’ Brown, Sollami u Pace u marru minn fuq 47-43. Hawn però bdiet tikseb il-punti l-Amerikana Rachel Kehoe biex poġġiet lil Hibs minn fuq u kienu inutli l-aħħar tentattivi ta’ Luxol li jwaqqfu l-arloġġ għaliex Hibs żammew sod mal-vantaġġ mimnimu li kellhom biex ħadu t-tielet rebħa u l-kampjonat. Fi tmiem il-partita kien hemm ċelebrazzjonijet kbar minn naħa ta’ Hibs hekk kif Samantha Brincat rebħet l-unur tal-MVP tal-finali u l-captain ta’ Hibs Elena Cassar irċeviet it-trofew ta’ champions mingħand is-Sur Sam Grech Executive Officer ta’ Mapfre MSV Life fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali tal-MBA.

Hibs: E. Micallef 8, E. Cassar, S. Gambino 8, S. Brincat 9, I. Agius 5, J. Abela, S. Abela 6, K. Caruana, N. Farrugia, R. Kehoe 10, M. Said 4, J. Scerri.

 

Caffè Moak Luxol: S. Pace 13, Ni. Vella, I. Baena Medina, No. Vella, K. Portelli 3, L. Caruana Montaldo, M. Brown 16, C. Solllami 5, M. Darmanin 6, C. Curmi 4.

Referees: Emanuel Mangani, Nicky Azzopardi, Kamil Dworniczak

Statistika…

Hibs

Free throws – 5 on 9

Statistika

Baskets – 12 on 43

Three pointers – 7 on 16

Rebounds – 48

Assists – 14

Turnovers – 18

Steals – 7

Fouls Suffered – 17

Fouls Made – 16

Luxol

Free throws – 11 on 16

Ritratt: Wally Galea

Baskets – 12 on 42

Three pointers – 4 on 19

Rebounds – 43

Assists – 10

Turnovers – 14

Steals – 4

Fouls Suffered – 16

Fouls Made – 17





Leave a comment