Hibernians Basketball jirbħu l-Kategorija Maskili Taħt l-14-il sena.

Friday, April 19, 2013, 18:52

Il-Hibernians Basketball Nursery rebħu l-Kampjonat Maskili Taħt l-14-il sena f’dan l-istaġun. Dawn l-unur jingħaqad mal-unur li ġimgħa qabel intrebaħ il-Kategorija Maskili Taħt is-16-il sena. Dan juri l-impenn u r-ritmu li qabdet in-Nursery f’dawn l-ahhar snin sabiex barra li tghin fil-popolarita’ tal-loghba, tghin plejers fl-etajiet żgħar ħalli jitrawmu fil-logħba tal-Baskitbol.

It-tim ta’ taħt l-14-il sena mmexxi minn Silvio Cassar u Rueben Baldacchino rebaħ il-kampjonat bla telfa u kien superjuri fuq kull tim ieħor. Ta’ min isemmi lil plejer Kurt Cassar li bit-tul tieghu kien strumentali biex it-tim jirbaħ dan il-Kampjonat. Tajjeb li nsemmu wkoll elementi oħra li taw kontribut kbir f’dan it-tim li huma Paul Attard, Isaac Bonett, Isaac Gili u Luke Busuttil li lkoll magħżula fl-Akkademja li tieħu ħsiebha l-MBA. Mhemmx dubju li dan jawgura tajjeb għall-futur sabiex dawn it-tfal sa minn eta’ żgħira jduqu l-eċitament tal-logħba u jittrenjaw aktar.

F’kumment li tawna l-Hibernians Basketball Nursery tħossha kburija li l-plejers tat-tim ta’ Taħt l-14-il sena huma kollha maghmula minn plejers li bdew fil-kategoriji taż-żgħar, ibda dik ta’ Taħt it-8 snin jew dik Taht l-10 snin. ‘Dan jimlina b’kuraġġ sabiex inkomplu naħdmu fil-ġejjieni ħalli nkomplu ntejbu u nitjiebu fil-logħba. Snin ta’ preparazzjoni, sigħat ta’ taħriġ u hemm ħafna nies involuti li rridu ngħidu grazzi. Ibda mill-plejers tal-commitment, lill-ġenituri li jwassluhom u afdawhom f’idejna, sponsors u l-MBA li qed tagħmel taħriġ ukoll tajjeb għat-tfal li jippromettu f’dawn il-kategoriji għax dawn huma l-basketball t’għada permezz tal-Akkademja li twaqqfet aktar kmieni din is-sena. Prosit tmur lejn il-plejers kollha għax ħadmu tul dawn is-snin, prosit kbira tmur lejn il-Head Kowc Tony Cassar li ma jieqaf qatt jappoġġja lit-tim ħalli jasal dak li l-Hibernians Basketball Nursery ilha taħdem għalih f’dawn l-aħħar 8 snin mindu li sar Head Kowċ,’ temmet tgħid l-istqarrija tan-Nursery.





Leave a comment