Hermans ġibdilhom widnejhom !!

Monday, January 17, 2011, 18:00

minn Sandro Micallef

Mela fi tmiem il-ġimgħa l-oħra it-tim Nazzjonali tal-Futsal kien impenjat f’żewġ partiti internazzjonali ta’ ħbiberija kontra n-Norveġja, logħba l-Ħamis u l-oħra l-għada l-Ġimgħa. Tlifna ż-żewġ logħbiet li huma bi skor pjuttost kbir (7-2) u (6-0).

Nixtieq isemmi li fil-Futsal dejjem ikun hemm skors kbar u mhux l-ewwel darba li team jirbaħ lill-avversarju b’dan it-tip ta’ skors. Imma xtaqt nikteb fuq punt interessanti li donnu se jkollu riperkussjonijiet fil-logħba tal-Futsal lokali b’mod partikolari fost il-players li bħalissa jiffurmaw parti mit-tim Nazzjonali. Dan għaliex għall-ewwel darba kemm ilu Malta, Hermans ikkritika fil-miftuħ u b’mod apert lill-players tat-Tim Nazzjonali fejn dan ilmenta mill-fatt li hemm players li mhumiex committed biżżejjed u mhux qedgħin jattendu s-sessjonijiet ta’ taħriġ b’mod regolari.

Nistaqsi ! Tgħid l-Olandiż Hermans iddeċida li jikkritika għall-ewwel darba lill-players tiegħu għaliex ħaseb li kontra n-Norveġja se nkunu iktar viċin fir-riżultat finali ? Tgħid ikkritika lill-players għaliex issa idejjaq b’din l-attitudni amateur tal-players ? Tgħid ikkritika lill-players għaliex jaf li kritika bħal din taf tiswa’ ta’ ġid qabel it-Tournament tal-UEFA fejn se nilgħabu kontra l-Bulgarija, Lithuania u Franza ? Tgħid ikkritika lill-players għaliex forsi issa anke hu qed iħoss il-pressjoni ? U jekk qed iħoss il-pressjoni minn fejn hi ġejja ? mill-MFA ? minn Robert Gatt ? mill-players tiegħu stess ? Li hu ċert li mill-media lokali żgur li le għaliex ħadt minn sħabi sfortunatament ma jsegwi l-Futsal !!

Ta’  l-aħħar….. Agħtu merħba lill-kollega tiegħi ġurnalist sportiv Charles Vella l-King (tal-PBS) għaliex se jkun qiegħed jekk Alla jrid jikkumenta l-logħbiet tat-tim Nazzjonali tal-Futsal u eventwalment se jkun qiegħed jiġi regolarment il-Padiljun ta’ Kordin għaliex se jibda jikkumenta selezzjoni ta’ logħbiet tal-Kampjonat tal-Futsal tal-Ewwel u anke tat-Tieni Diviżjoni biex eventwalmet jixxandru b’mod differit fuq Malta Stars Channel 614 ta’Melita.

Awguri lill-Hermans u lill-players kollha għall-impenn Internazzjonali ta’ din il-ġimgħa…..kuraġġ !!!

Sandro





Leave a comment