- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Helene Pellicano tirbaħ il-Kampjonat Ewropew (Juniors) tat-Tennis

Posted By Sportinmalta On August 4, 2016 @ 8:57 pm In Featured,Other,Tennis | No Comments

Gavin Muscat

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius jawgura lil Helene Pellicano li saret l-ewwel tennista Maltija li qatt rebħet il-Kampjonat Ewropew tat-Tennis tal-Juniors.

Fil-finali li saret f’Pilzen ir-Repubblika Ċeka, Pellicano għelbet lis-seed numru 4 Denia Hindova tar-Repubblika Ċeka bil-punteġġ ta’ 6-4, 6-1.  F’din il-kompetizzjoni Pellicano rebħet 4 straight sets biex imbagħad issieltet fis-semifinali meta għelbet lil Noa Krznaric tal-Kroazja bil-punteġġ ta’ 2-6, 7-6, 6-4

Helene Pellicano, li għandha 14-il sena, mistennija żżomm l-ewwel post fir-rankings Ewropej tal-Juniors meta dawn jiġu aġġjornati nhar it-Tlieta li ġej.

Ħajr għar-ritratt: MEDE_PS

Helen Pellicano


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/helene-pellicano-tirbah-il-kampjonat-ewropew-juniors-tat-tennis/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.