Ħdax-il Midalja tad-Deheb għat-Tim Malta fil-Kampjonati tal-Karate fl-Ingilterra

Friday, March 15, 2019, 10:11

38 atleta bl-eta’ bejn is-6 u s-17-il sena irrappreżentaw lill Malta Karate Federation billi pparteċipaw fil-kampjonati tal-karate f’Penrith fl-Ingilterra, nhar il-Ħadd 10 ta’ Marzu, 2019.

Aktar minn 400 atleta mill-Ingilterra, Malta, l-Iskozja u Wales ħadu sehem kemm fil-Kata kif ukoll fil-Kumite fejn it-Tim Malta kiseb 11 fl-ewwel post, 10 it-tieni u 20 it-tielet. Il-kowċis nazzjonali Joe Tanti, Josef Antonelli, Joseph Mizzi u Tyler Tanti li huma kwalifikati bħala kowċis mil-World Karate Federation, akkompannjaw lill-atleti.

“Dan huwa riżultat eċċellenti fejn intrebħu ammont sostanzjali ta’ midalji tad-deheb.  Il-viżjoni tagħna hija illi nibqgħu nibnu fuq l-atleti prometenti tagħna billi nipprovdu l-għola livell ta’ taħriġ fil-Kata u fil-Kumite.  Dan waqt illi inkomplu naħdmu flimkien mal-istaff tekniku u l-kowċis biex nagħtu s-sapport meħtieġ lill-atleti tagħna.  Barra minn hekk dan ir-riżultat huwa wieħed importanti ħafna speċjalment fl-iżviluppi li għaddejjin bħalissa biex il-karate jiġi nkluż fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar tal-2023. Nixtiequ nirringrazzjaw lil SportMalta u lill-Kumitat Olimpiku Malti għas-sapport kontinwu.”  Dan kien il-kumment ta’ Sensei Jesmond Schembri, d-direttur tekniku tal-Malta Karate Federation.





Leave a comment