Ħarsa lejn il-Futbol tan-Nisa

Monday, February 28, 2011, 15:40

minn Cristian Muscat
 
Fil-bidu tal-21 seklu, il-futbol tan-nisa, bħall-futbol tal-irgiel, sar sport professjonali u qed jikber kemm fil-popolarita’ kif ukoll fil-parteċipazzjoni. Is-support tal-futbol professjoali tan-nisa qed jikbar madwar il-globu fejn saħansitra huwa t-tielet l-iktar sport popolari fid-dinja. Dan mhux inqas f’ Malta fejn għandna wkoll tim nazzjonali tan-nisa, u tliet kampjonati fi ħdan l-MFA – dawn huma dawk tal-ewwel diviżjoni, tat-tieni diviżjoni kif ukoll dak ta’ taħt is-16-il sena. Fl-2003 Malta lagħbet l-ewwel logħba internazzjonali kompettitiva kontra r-Rumanija fejn dawn rebħu bl-iskor ta’ tlieta b’ xejn. It-tim nazzjonali huwa mmexxi mill-kowċ Pierre Brincat. Interessanti huwa l-fatt li Malta ħa tospita mini-turament tal-UEFA ghar-rawnd preliminari tal-UEFA EURO 2013 tan-nisa bejn it-3 u t-8 ta’ Marzu li ġej. Fil-poloz li telgħu f’ Nyon f’ Dicembru li ghadda, tmein timijiet gew maqsuma f’ zewg gruppi – li ħa jkunu ospitati f’ Malta u fil-Macedonia. Fi Grupp 2, Malta ħa tospita lill-Georgia nhar it-3 ta’ Marzu, il-Gzejjer Faroe nhar il-5 ta’ Marzu u l-Armenia nhar it-8 ta’ Marzu waqt li l-Maċedonia ha tilqa’ lill-Lussemburgu, il-Litwanja u l-Latvja. Dawn il-logħbiet minn dan il-mini-turnament ha jintlagħbu kollha fil-Grawnd taċ-Ċentinarju f’ Ta’ Qali. Iż-żewġ rebbieħa tal-gruppi jingħaqdu ma’ 36 pajjiż ieħor bl-għola punti fil-poloz tar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni principali li ha jittellghu nhar l-14 ta’ Marzu li gej. F’ dak l-istadju, b’ erba’ gruppi ta’ hames timijiet u tliet gruppi komposti minn sitt timijiet, ikunu fl-azzjoni minn Settembru li ġej sa Settembru ta’ l-2012. Ir-rebbieha tal-gruppi u l-aqwa runners-up jingħaqdu mal-pajjiż ospitant li huwa l-Isvezja fil-finali li ħa jsiru bejn l-10 u t-28 ta’ Lulju tas-sena 2013 flimkien mar-rebbieħa tat-tliet play-offs milgħubin fuq żewġ legs bejn it-timijiet l-ohra li jkunu spiċċaw fit-tieni post f’ Ottubru tas-sena 2012.
 
Il-kampjonat tan-Nisa tal-Ewwel Diviżjoni huwa ffurmat minn sitt timijiet li huma Mosta, Birkirkara, Hibernians, Gozo, Raiders (Luxol) u Mġarr United. Huwa kumbattut specjalment bejn it-timijiet ta’Mosta u Birkirkara. F’ din is-sena Mosta jidhru li ħa jirbħu l-kampjonat minħabba l-fatt li jippossjedu l-aħjar skwadra għalkemm nhar l-Erbgħa li għadda soffrew telfa ta’ wieħed b xejn kontra ċ-champions Birkirkara wara għaxar rebħiet konsekuttivi. F’ konfront dirett ieħor li lagħbu kontra ċ-champions Birkirkara f’ Diċembru li għadda ġewwa ċ-’Charles Abela Memorial Stadium’ fil-Mosta stess, huma għelbuhom bl-iskor ta’ 2 b’ wieħed. Mosta jinsabu komdi fil-quccata tal-klassifika tal-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tan-nisa b’ seba’ punti vantaġġ fuq l-istess Stripes u Hibernians, għalkemm għandhom logħba inqas. Fil-fatt Mosta iridu rebha wahda biss mill-erba’ logħbiet li fadal biex jaċċertaw ruħhom mir-rebħ tal-kampjonat tan-nisa ta’ din is-sena għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom. Il-logħba li jmiss ghal Mosta ħa tkun nhar it-22 ta’ Marzu li ġej kontra Hibernians. Dan huwa minħabba l-fatt li l-kampjonat tan-nisa ha jkun wieqaf fil-bidu ta’ Marzu biex jagħti spazju għar-Rawnd Preliminari tal-UEFA Euro 2013 tan-nisa. Madankollu Birkirkara rebħu l-ewwel unur għal din is-sena fil-futbol tan-nisa meta f’ Ottubru li għadda rebħu s-Super Cup tan-nisa bl-iskor ta’ 2 b’ xejn kontra l-istess Mosta. Din kienet it-tielet Super Cup mirbuħa minn Birkirkara wara dawk mirbuħa fl-2005 u fl-2008.
 
Klassifika Kampjonat Nisa l-Ewwel Diviżjoni:
 
Mosta                   11      30
Birkirkara           12      23
Hibernians         12      23
Gozo                       11      13
Raiders (Luxol) 12      8
Mgarr United     12      3
 
Min-naħa l-oħra l-Kampjonat tan-nisa tat-Tieni Diviżjoni huwa kompost minn disa’ timijiet li huma Pembroke, St Venera, Marsa, hamrun, Zurreq, Kirkop, Melita, Lija –Iklin u Tarxien. Interessanti f’ dan il-kampjonat huwa l-fatt li ż-żewġ lokalitajiet ġirien ta’ Lija u Iklin ingħaqdu flimkien biex jiffurmaw tim wieħed. Dan il-fatt jispikka wkoll fil-kampjonat tan-nisa ta’ taħt is-16 il sena kif ħa naraw ‘il quddiem
 
Klassifika Kampjonat Nisa it-Tieni Diviżjoni
 
Pembroke      9        22
Marsa             9        22
St Venera      10       20
Hamrun         9         14
Kirkop           11       14
Zurrieq         10       13
Melita           11        8
Tarxien         9         4
Lija-Iklin      10       4
 
Il-kampjonat tan-nisa ta’ taħt is-16-il sena huwa kompost minn 12 il tim li huma Pembroke, il-Mosta, Birkirkara, Ħamrun, Lija –Iklin, Santa Lucia, Żurrieq, Kirkop, Melita, Tarxien, Mġarr u Pieta’.
 
Klassifika Kampjonat Nisa taħt is-16 –il sena
 
Pembroke     11      31
Birkirkara      10      22
Mosta              11      20
Hamrun        11      19
Lija – Iklin    9       16
Santa Lucia   11      12
Zurrieq           9        11
Kirkop             9        11
Tarxien         11        9
Melita             10        9
Mgarr              9         4
Pieta’               9         3





Leave a comment