Handball: Tielet ġurnata tal-MHA Cup

Wednesday, October 26, 2016, 21:04

Gavin Muscat

Fit-tielet ġurnata mill-kompetizzjoni MHA Cup kellna zewġ logħbiet La Salle vs Luxol u Aloysians vs HMS.

Fl-ewwel logħba mill-kompetizzjoni MHA Cup bejn La Salle u Luxol, intemmet fi dro ta’ 27-27. F’din il-logħba assistejna għall-logħba ferm bilanċjata u movimentata fejn iż-żewġ timijiet ma’ tawx l-ebda ċans lil xulxin bir-rizultat jinbidel minn ħin għal ieħor biex fl-ewwel taqsima spiċċat fi dro ta’ 15-15.

Il-player tal-La Salle Chris Magro ġie vvutat bħala l-aħjar player tal-logħba.

Iz-żewġ uffiċjali tal-logħba kienu Brian Agius u Stefan Desira.

Aloysians vs HMS

It-tieni logħba bejn Aloysians u l-HMS, it-tim ta’ Aloysians għeleb lil dak tal-HMS bl-iskor ta’ 40-15

L-ewwel taqsima spiċċat 20-6 favur Aloysians.

Il-Player ta’ Aloysians Jerome Zammit  ġie vvutat l-aħjar player tal-logħba.

Iz-żewg uffiċjali tal-logħba kienu Daniel Tanti u Stefan Desira.

Aloysians vs HMS

Luxol vs La Salle





Leave a comment