- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Handball: Tazza Indipendenza 2016

Posted By Sportinmalta On September 23, 2016 @ 12:43 pm In Featured,Handball,Other | No Comments

Gavin Muscat

It-timijiet ta’ Aloysians kemm ta’ l-irġiel u kemm tan-nisa huma r-rebbieħa tat-Tazza Indipendenza f’attivita organizzata minn Sport PN flimkien mal-Malta Handball Association. Iż-żewġ finali ntlagħbu ġewwa l-paduljun tal-Kottonera. Għall- finali kienu prezenti s-sur Louis Borg President ta’ Malta Handball Association, l-Hon David Agius kelliem tal-oppożiżżjoni  għall- Isports u s-sur Jens Carl Nielsen minn Danimarka li bħalissa qed imexxi kors fuq ir-regolamenti tal-logħba lil uffiċċjali u delegati Maltin.

Fil-kompetizzjoni ta’ l-irġiel ħadu sehem ħames timijiet, Aloysians, La Salle, Luxol, HMS u l-Kavallieri filwaqt li ħames timijiet oħra kienu dawk tan-nisa. Dawn kienu Aloysians, Kavallieri, La Salle, Phoenix, Luxol.

Fil-Finali ta’ l-irġiel kienu Aloysians li għelbu lil tim tal-Kavallieri bl-iskor ta’ 12-10, filwaqt fil-finali tan-nisa kienu Aloysians li għelbu lil dak ta’ La Salle wara l-għoti tal-penalties. Il-logħba spiċċat bl-iskor ta’ 12-12.

Wara kull finali Hon. David Agius kelliem tal-oppożiżżjoni għall-Isports   ippreżenta t-trofew lir-rebbieħa.

The Aloysians Womens Team

The Aloysians Men's Team

Jens Carl Nielsen


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/handball-tazza-indipendenza-2016/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.