- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Handball: Riżultati tas-16.1.2016

Posted By Sportinmalta On February 17, 2016 @ 9:40 pm In Featured,Handball,Other | No Comments

Gavin Muscat

Mill-kampjonat tal-ewwel Diviżjoni tan-nisa, it-tim ta’ La Salle għeleb lil Swieqi Phoenix bir-riżultat ta’ 27- 9.

L-ewwel taqsima spiċċat  14-6 favur La Salle.

Il-goalkeeper  ta’ La Salle Raffaella Zammit Tabona, ġiet ivvutata bħala l-aħjar player  tal-logħba.

Iż-żewġ uffiċjali tal-logħba kienu Michael Tanti u Steve Cilia.

B’din ir-rebħa La Salle baqgħu isaħħu posthom fl-ewwel post tal-klassifika.

Fl-istess kampjonat, Kavallieri għelbu lil Luxol  bl-iskor ta’ 14-35.

L-ewwel taqsima spiċċat 16-9 favur Kavallieri

Il-player  tal-logħba kienet  Sarolta Toth.

Iż-żewġ uffiċjali tal-logħba kienu Thomas Degiorgio u Stefan Desira.

Mill-kampjonat tat-tieni Divizjoni tal-irgiel, ETE għelbu lil La Salle bl-iskor ta’ 20-13, filwaqt Kavallieri għelbu lil Luxol bl-iskor ta’ 34-17. L-unuri bħala l-ahjar players taz-zewg logħbiet marru għand Denis Witterbrood  (ETE) u Matthias Caruana (Kavallieri) rispettivament.

Ritratti – www.viewresults.com.mt

La Salle vs Phoenix

Kavallieri vs Luxol


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/handball-rizultati-tas-16-1-2016/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.