Handball: Riżultati tal-Kampjonat tal-Irġiel tal-1 Diviżjoni (Mar ’16)

Sunday, March 20, 2016, 16:53

Gavin Muscat

Fil-partita tal-ġimgħa u d-decider  minn min jirbaħ il-kampjonat tal-ewwel Divizjoni tal-irgiel bejn Aloysians Von Taine u Luxol Club Class, it-tim ta’ Luxol Club Class għeleb lil dak ta’ Aloysians von Taine bir-riżultat ta’ 26-19.

L-ewwel taqsima spiċċat 12-9 favur Luxol.

It-tim tal-Luxol mill-bidu nett tal-logħba dehru determinati li dan l-istagun ikunu huma li jgħollu t-tazza.

Appena għaddew sitt minuti logħob il-luxol kienu diga tlitt gols vantagg fuq l-avversarji fejn baqgħu igawduh sa l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima komplew juru supramazija fil-logħob, fejn sahansitra komplew izidu fil-gols u fid-distakk minn ma’ l-Aloysians. Dawn ta’ l-ahhar għamlu hafna zbalji f’attakk u naqsu jsibu x-xibka diversi drabi minn penalties u minn azzjonijiet ta’ ono to one mal-bravu goalkeeper Daniel Tanti.

Il-goalkeeper tal-Luxol Daniel Tanti  ġie vvutat bhala l-ahjar player  tal-logħba.

Wara l-logħba l-ufficjali tal-Assocjazzjoni is-Sinjuri Louis Borg u Andrew Decelis ipprezentaw it-tazza lil captain tat-team Joe Tanti fost il-briju tal-benjamini tagħhom.  Għat-tim tal-Luxol Club Class dan kien l-ewwel unur fl-istorja tagħhom.

Iż-żewġ uffiċjali tal-logħba kienu  Alan Grima u Stefan Desira .

———————————-

Fit tieni logħba bejn Kavallieri u La Salle, it-tim ta’ La Salle għeleb lil dak tal-Kavallieri bl-iskor ta’ 27-25

L-ewwel taqsima spiċċat 13-12 favur La Salle.

Il-player  tal-La Salle Karl Paul Baldaċċhino gie vvutat l-ahjar player tal-logħba.              .

Iż-żewġ ufficjali tal-logħba kienu Noel Fsadni u Marylyn Agius.

———————————-

L-aħħar logħba tal-gurnata, it-tim ta’ Swieqi Phoenix għeleb lil dak ta’ HMS bl-iskor ta’ 28-21

L-ewwel taqsima spiċċat 16-10 favur Swieqi Phoenix

Il-Player tal-logħba kien Marko Stankovic  filwaqt iz-żewġ ufficjali kienu Alan Grima u Marylyn Aguis

-Top Scorers

  1. Christian Mc Clean – (Kavallieri)  104 gowls
  2. Chris Magro – (La Salle) 96 gowls
  3. Philip Mifsud (Aloysians) u Joseph Tanti– (Luxol) 58 gowls

———————————————————————————————————————————————————-

Gallery

The Luxol Team being awarded with their trophy

———————————————————————————————————————————————————-

Luxol Team

———————————————————————————————————————————————————-





Leave a comment