Handball: Riżultati tal-HMA Cup 2016

Wednesday, October 26, 2016, 20:57

Fir-raba’ ġurnata mill- kompetizzjoni MHA Cup kellna erba’ logħbiet tlieta ta’ l-irġiel u waħda tan-nisa.

Fl-Ewwel partita ta’ l-irġiel rajna lit-tim ta’ Swieqi Phoenix  jegħleb lil dak ta’ La Salle  bl-iskor 26-23

L-ewwel taqsima spiċċat 12-10 favur La Salle .

Il-player tal-La Salle Chris Magro ġie vvutat bħala l-aħjar player tal-logħba.

Iz-żewġ uffiċjali tal-logħba kienu Michael Tanti u Marlyn Agius.

Kavallieri vs Aloysians

It-tieni logħba bejn Kavallieri u l-Aloysians, it-tim ta’ Aloysians għeleb lil dak tal-Kavallieri bl-iskor ta’ 36-26

L-ewwel taqsima spiċċat 17-13 favur Aloysians .

Il-Player ta’ l-Aloysians Philip Mifsud ġie vvutat l-aħjar player tal-logħba.

Iz-żewg uffiċjali tal-logħba kienu Denise Busuttil u Clinton Mifsud.

Luxol vs HMS

L-aħħar logħba tal-ġurnata, it-tim tal-Luxol għeleb lil dak HMS bl-iskor ta’ 31-17

L-ewwel taqsima spiċċat bi skor ta’ 7-12 favur it-tim ta’ Luxol H.C.

Il-Player tal-logħba kien Joseph Tanti filwaqt iż-żewg uffiċjali kienu Brian Agius u Luigi Rizzo.

Nisa: La Salle vs Aloysians 

Mill-MHA Cup tan-Nisa it-tim tal-La Salle għelbu lil dawk tal- Aloysians bl-iskor ta’ 27-24

Fl-ewwel taqsima spiccat 13-10 favur La Salle.

Il-player tal-Aloysians Brenda Mamo ġiet magħżula l-aħjar player tal-logħba.

L-uffiċjali tal-logħba kienu Steve Cilia u Michael Tanti

HMS vs Luxol H.C

Kavallieri vs Aloysians

La Salle vs Phoenix





Leave a comment