Handball: Riżultati tal-1 Diviżjoni tal-Irġiel (16.02.16)

Sunday, February 21, 2016, 16:42

Gavin Muscat

Fil-partita tal-ġimgħa mill-kampjonat tal-ewwel Diviżjoni tal-irġiel bejn La Salle u Aloysians , it-tim ta’ Aloysians għeleb lil dak ta’ La Salle bir-riżultat ta’ 22-24 .

L-ewwel taqsima spiċċat 14-10 favur Aloysians.

F’din il-logħba mimlija emozzjonijiet, tliet players spiċċaw ġew imkeċċija. Dawn kienu Mauro Camilleri Darmanin u Daniel Tabone ta’ La Salle u Philip Mifsud tal- Aloysians.

B’ din ir-rebħa Aloysians komplew isaħħu posthom f’ ras il-klassifika fejn jinsabu segwiti minn Luxol.

Il-player  ta’ Aloysians Karol Lemish  ġie vvutat bħala l-aħjar player  tal-logħba.

Iz-żewġ uffiċjali tal-logħba kienu Alan Grima u Michael Tanti .

———————————————————————————————————————————————————

Il-logħba bejn HMS u Luxol spiċċat bit-tim ta’ Luxol jegħleb lil HMS bl-iskor ta’ 34-24

L-ewwel taqsima spiċċat 15-12 favur Luxol.

F’din il-logħba, Nicholas Fava ġie muri l-karta l-ħamra mir-referee Thomas Degiorgio wara li dan laqqgħat it-tielet sospenzjonijiet ta’ żewġ minuti.

Il-player  tal-Luxol Sergio Munoz Del Olmo ġie vvutat bħala l-aħjar player tal-logħba.              .

Iż-żewġ uffiċjali tal-logħba kienu Matthew Mamo u Thomas Degiorgio.

———————————————————————————————————————————————————

Gallery

Kavallieri vs Phoenix

———————————————————————————————————————————————————

La Salle vs Aloysians

———————————————————————————————————————————————————

Luxol vs HMS

 





Leave a comment