Handball: Riżultati tad- Diviżjonijiet 1 u 2 (Diċ. 2016)

Thursday, December 22, 2016, 18:12

Gavin Muscat

Illum kompla l-kampjonat ta’ l-ewwel Diviżjoni fejn kellna tlitt logħbiet. La Salle vs Luxol, HMS vs Phoenix u Kavallieri vs Aloysians

Fl-ewwel partita tal-irġiel bejn La Salle u Luxol  it-tim ta’ Luxol għeleb lil dak ta’ La Salle bir-riżultat ta’ 30-26.

L-ewwel taqsima spiċċat  16-10 favur Luxol.

Il-goalkeeper  ta’ Luxol Daniel Tanti ġie vvutat bħala l-aħjar player  tal-logħba.

L-uffiċjali tal-logħba kienu Noel Fsadni u Marylyn Agius .

————————————————————————————————————————————————————-

Il-logħba bejn HMS u Phoenix , it-tim ta’ Phoenix  għeleb lil dak tal-HMS bl-iskor ta’ 38-23

L-ewwel taqsima spiċċat 16-10  favur Phoenix.

Il-player tal-Phoenix David Borg  ġie vvutat l-aħjar player tal-logħba.              .

L- ufficjali tal-logħba kienu Steve Cilia u Michael Tanti.

————————————————————————————————————————————————————-

L-aħħar logħba tal-ġurnata, it-tim ta’ Aloysians għeleb lil dak tal-Kavallieri  bl-iskor ta’ 28-23

L-ewwel taqsima spiċċat  18-12 favur  Aloysians

Il-Player tal-logħba kien il-gowlkeeper tal- Aloysians Reece Hendrix Galea filwaqt iz-żewg uffiċjali kienu Daniel Tanti u Clinton Mifsud.

————————————————————————————————————————————————————-

Mill-Kamjonat tat-tieni Diviżjoni tan-nisa it-tim tal-Kavallieri għeleb lil dak tal-La Salle bl-iskor ta’ 26-18

Fl-ewwel taqsima l-iskor kien dak ta’ 13-8 favur il-Kavallieri.

Il-player tal-logħba kienet Daryl Azzopardi tal-Kavallieri. F’din il-logħba hi skurjat 13 il-gowl.

Ir-Referee ta’ din il-logħba kienu Marylyn Agius

———————–

Top Scorers

1 Chris Magro – (La Salle ) 24 gowls

2 Christian Mc Clean – (Kavallieri)  17 gowls

3 Joe Tanti – (Luxol)  16 gowls

Aloysians vs Kavallieri





Leave a comment