Handball: Luxol jissorprendu lil La Salle

Friday, November 28, 2014, 12:17

L-ewwel logħbiet minn l-ewwel round ta’ l-għola diviżjoni tal-handball spikkaw il-partiti kollha bi sfidi bilanċjalti li ofrew spettaklu lil min kien preżenti. Ic-Champions, La Salle Rivareno bdew il-kampjonat b’toma qarsa meta kontra kull mistenni ġew umiljati min Luxol. Aloysians Von Taine u Luxol rebħu l-konfronti kollha u jinsabu b’punti massimi. Fil-ħames u s-sitt post tal-klassifika, mingħajr ebda punt, hemm Sayitmalta HMA u Kavallieri RS2 li għadhom iffiċċu l-ewwel rebħa dan l-istaġun wara li tilfu ż-żewġ konfronti tagħhom. Swieqi Phoenix Menrad irnexxilhom jerbħu logħba diffiċli kontra Kavallieri u jaqsmu it-tielet post tal-klassifika ma’ La Salle. Il-favoriti fuq il-karta, La Salle, li għadhom kif rebħu l-ewwel żewġ kompetizzjonijiet li jofri il- handball; is-Super Cup u l’MHA cup, tilfu l-isfida tagħhom kontra Luxol u jinsabu f’nofs il-klassifika. Luxol (6pts), Aloysians (6pts), Swieqi (3 pts), La Salle (3pts), Kavallieri (0pts), and HMS (0pts).

 

Fil-kampjonat femminili, ic-Champions Aloysians Zmerc, jidru li ser ikunu l-favoriti sabiex iżommu t-titlu ta’ Champions meta għelbu lir-rivali La Salle Unique fl-ewwel round. Kavallieri RS2 impressjonaw bir-rebħa kontra Swieqi Phoenix. Kemm Luxol kif ukoll Swieqi għadhom ma kisbu l-ebda punt. Aloysians (6pts), La Salle (3pts), Kavallieri (3pts) Swieqi u Luxol (0pts).





Leave a comment