Handball: Luxol crowned champions for first time

Friday, March 25, 2016, 12:55

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Just eight years after entering the handball league, Luxol Handball Club rose to the pinnacle of the game with a title triumph following an impressive decisive league victory over rivals Aloysians Von Taine.

Under the guidance of player coach, Joseph Tanti, Luxol Club Class started off at an electrifying pace. In front of a record number of spectators, both teams cancelled each others advantage. The first half ended 12 – 9 in favour of Luxol.

During the second half Aloysians tried to fight their way back into the match but never managed to keep up with Luxol. Hungarian winger, David Kocsis and Imed Ben Moussa, distinguished themselves with fine goals during the whole encounter.

Man of the match, goalkeeper Daniel Tanti, stole the lime light effecting some outstanding saves in the Luxol goal.

The match ended 26 – 19. Luxol’s Sergio Munoz Del Olmo, scorer of 10 goals ended up as the top scorer.

After the match, MHA President, Mr. Louis Borg, presented the trophy to Luxol captain Joseph Tanti.

————————————-

The second match of the day saw La Salle beat The Kavallieri Handball Club by the score of 27-25.

The first half ended 13-12 in favour of La Salle.

La Salle player Karl Paul Baldacchino was voted as Man Of The Match

The two officials for the match were Noel Fsadni and Marylyn Agius

————————————-

The last match of the day saw Swieqi Phoenix beat HMS by the score of 28-21.

The first half ended 16-10 in favour of Swiqi Phoenix.

Marko Stankovic of Swieqi  Phoenix was voted as Man Of The Match and the two officials were Alan Grima and Marylyn Agius

Top Scorers

  1. Christian Mc Clean – (Kavallieri) 104 gowls
  2. Chris Magro – (La Salle) 96 gowls
  3. Philip Mifsud (Aloysians) u Joseph Tanti – (Luxol) 58 gowls

———————————————————————————————————————————————————-

Malti

Luxol champions għal-ewwel darba fl-istorja tagħhom

Wara tmien snin jikkompetu fl-għola livell tal-Handball lokali, Luxol Handball Club qamu għall-okkażjoni meta fil-logħba deċiżiva għar-rebħ tal-kampjonat għelbu lir-rivali Aloysians Von Taine biex ġew inkurunati champions għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom.

Taħt il-gwida tal-plejer kowċ Joseph Tanti, Luxol Club Class ħarġu b’saħħithom sa millbidu tal-logħba. Appena għaddew sitt minuti logħob, quddiem folla rekord ta’ spettaturi, Luxol kienu ġa tliet gowls minn fuq u baqgħu jgawdu l-vantaġġ sa tmiem l-ewwel taqsima, li ntemmet 12-9.

Matul it-tieni taqsima, Aloysians ippruvaw jwettqu reazzjoni biex jidħlu lura fil-partita, iżda Luxol baqgħu juru supremazija fil-logħob, fejn saħansitra komplew iżidu l-gowls u kabbru d-distakk minn ma’ Aloysians. Il-plejer Ungeriż David Kocsis u Imed Ben Moussa, skorjaw gowls importanti tul il-konfront kollu. Aloysians għamlu ħafna żbalji fl-attakk u naqsu milli jsibu x-xibka bosta drabi minn penalties u minn azzjonijiet ta’ one to one mal-bravu gowler Daniel Tanti.

Il-partita spiċċat 26-19. L-aħjar plejer tal-logħba kien il-gowler ta’ Luxol, Daniel Tanti, li seraq ix-xena b’saves spettakolari tul is-sittin minuta.  Il-plejer Spanjol Sergio Munoz Del Olmo, li sab ix-xibka 10 darbiet, spiċċa l-aħjar scorer tal-logħba. Iż-żewġ uffiċjali tal-logħba kienu Alan Grima u Stefan Desira.

Wara l-logħba, l-uffiċjali tal-Assoċjazzjoni, is-Sinjuri Louis Borg u Andrew Decelis, ippreżentaw it-tazza lill-captain tat-tim, Joe Tanti, fost il-briju tal-benjamini tagħhom.

————————————-
Fit-tieni logħba, dik bejn Kavallieri u La Salle, it-tim ta’ La Salle għeleb lil dak ta’ Kavallieri bl-iskor ta’ 27-25.

L-ewwel taqsima spiċċat 13-12 favur La Salle. Il-plejer tal-La Salle Karl Paul Baldacchino ġie vvotat l-aħjar plejer tal-logħba.

Iż-żewġ uffiċjali tal-logħba kienu Noel Fsadni u Marylyn Agius.

————————————–

L-aħħar logħba tal-ġurnata, it-tim ta’ Swieqi Phoenix għeleb lil dak ta’ HMS bl-iskor ta’ 28-21.

L-ewwel taqsima spiċċat 16-10 favur Swieqi Phoenix.

Il-plejer tal-logħba kien Marko Stankovic filwaqt li ż-żewġ uffiċjali kienu Alan Grima u Marylyn Aguis.

Top Scorers

  1. Christian Mc Clean – (Kavallieri) 104 gowls
  2. Chris Magro – (La Salle) 96 gowls
  3. Philip Mifsud (Aloysians) u Joseph Tanti – (Luxol) 58 gowls

The Luxol team





Leave a comment