Handball: KO Semi Finali

Monday, May 15, 2017, 13:56

Illum assistejna għal erba’ logħbiet mis-Semifinali tan-KO, żewġ logħbiet tal-irġiel u tnejn tan-nisa.

Il-program kien hekk. KO irġiel Aloysians vs La Salle u HMS vs Luxol KO nisa Kavallieri vs Luxol u Aloysians vs La Salle.

Fl-ewwel partita tal-irġiel dik bejn ir-rivali eterni La Salle u Aloysians it-tim ta’ Aloysians għeleb lil dak ta’ La Salle bir-riżultat ta’ 40-34.

L-ewwel taqsima spiċċat 17-15 favur Aloysians.

Kienu Aloysians li fetħu vantaġġ ta‘ sitt gowls matul l-ewwel perjodu tal-logħba iżda l-La Salle ma qatgħux qalbu u sakemm għalaq l-ewwel perjodu naqsuħ għal żewġ gowls biss.

Appena beda t-tieni perjodu La Salle dawru r-rizultat għal żewġ gowls minn fuq. Hawn l-Aloysians ma qagħdux lura u l-logħba zvolġiet għal waħda interessanti u kumbattuta fejn ir-rivalita’ eterna bdiet tinħass sew fuq il-court. F’nofs it-tieni taqsima ir-referee Brian Agius wera l-karta l- ħamra lil player veteran tal-Aloysians Karl Chetuti. Il-logħba spiċċat fi dro ta’ 33-33.

Fil-ħin addizzjonali kienu l-Aloysians li skurjaw gol wara l-ieħor biex spiċċaw rebħu 40 – 34.

Il-Player tal-Aloysians Alex Di Pilatu ġie vvutat bħala l-aħjar player tal-logħba. I-uffiċjal tal-logħba kien Brian Agius.

It-tieni logħba tas-Semi Finali kienet bejn HMS u Luxol, fejn it-tim ta’ Luxol għeleb lil dak tal- HMA bl-iskor ta’ 31-23.

L-ewwel taqsima spiċċat 14-12 favur it-tim tal-Luxol.

Il-goalkeeper tal- Luxol Marko Puvlovic ġie vvutat l-aħjar player tal-logħba.

L- uffiċjali tal-logħba kien Matthew Mamo u Noel Fsadni.

Fiż-żewġ logħbiet tan-nisa, Aloysians għelbu lit-tim tal-La Salle bl’ iskor ta’ 22-20.

L-ewwel taqsima spiċċat 11-7 favur l-Aloysians.

Il-goalkeeper tal-Aloysians Dorianne Tabone ġiet ivutata l-aħjar player tal-logħba filwaqt l-uffiċjali kienu Michael Tanti u Steve Cilia.

Fis-Semi Finali l-oħra bejn Kavallieri u Luxol it-tim tal-Kavallieri għelbu lil dak tal- Luxol bl-iskor ta’ 25 -17.

L-ewwel taqsima spiċċat fi’ dro ta’ 9-9.

Il-Player tal-logħba kienet Bettina Csanyi filwaqt ‘l uffiċjal kienet Denise Busuttil.

Iż-żewġ finali jintlagħbu nhar is-Sibt 27 ta’ Mejju ġewwa l-Paduljun ta’ l-Universita.





Leave a comment