Handball: Kampjonat tal-Irġiel (11.2.17)

Sunday, February 12, 2017, 21:24

Gavin Muscat

Illum tkomplew l-kampjonati tat-tieni Diviżjoni tan-nisa u l-ewwel Diviżjoni tal-irġiel fejn kellna tlitt logħbiet. La Salle vs Aloysians, Kavallieri vs HMS u Luxol vs Aloysians.

Fl-ewwel partita tan-nisa, bejn La Salle u Kavallieri  it-tim ta’ Kavallieri  għeleb lil dak ta’ La Salle bir-riżultat ta’  25-20.

L-ewwel taqsima spiċċat 11-15 favur Kavallieri.

Il-Player  tal-Kavallieri  Veronika Farrugia Drakard ġiet vvutata bħala l-aħjar player  tal-logħba.

L-uffiċjal tal-logħba kien Joseph Tanti

————————————————————————————————————————————————————-

It-tieni logħba kienet dik tal-kampjonat tal-irġiel bejn La Salle u Aloysians, it-tim ta’ Aloysians għeleb lil dak tal-La Salle bl-iskor ta’ 39-27

L-ewwel taqsima spiċċat 12-17 favur it-tim tal-Aloysians.

Il-player tal- Aloysians Philip Mifsud ġie vvutat l-aħjar player tal-logħba.

F’din il-Logħba il-player ta’ La Salle Ronaldo Camilleri Darmanin ġie muri l-karta l-ħamra mir-Referee Michael Tanti.

L- uffiċjal tal-logħba kien Michael Tanti

————————————————————————————————————————————————————-

Fit-Tieni logħba tal-ġurnata, it-tim tal-Kavallieri għeleb lil dak tal-HMS  bl-iskor ta’ 27-18

L-ewwel taqsima spiċċat  12-8 favur il-Kavallieri.

Il-Player tal-logħba kien il-player tal-Kavallieri Chris Galea filwaqt  ‘l uffiċjal kien Alan Portelli.

————————————————————————————————————————————————————-

L-aħħar logħba tal-ġurnata, it-tim ta’ Phoenix għeleb lil dak tal-Luxol  bl-iskor ta’ 35-32

L-ewwel taqsima spiċċat 20-17 favur il-Luxol

Il-Player tal-logħba kien il-Gowlkeeper tal-Phoenix Clinton Mifsud  filwaqt  ‘l uffiċjali  kienu Brian Agius u Luigi Rizzo .

Top Scorers

1 Chris Magro – (La Salle ) 54 gowls

2 Christian Mc Clean – (Kavallieri)  35 gowls

3 Alex Di Pilato – (Aloysians)  35 gowls

4 Boris Volas – (Luxol)  32 gowls

Luxol vs Phoenix

 

Kavallieri vs HMS

La Salle vs Aloysians





Leave a comment