- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Handball: Kampjonat se jiġi deċiż fl-aħħar ġurnata

Posted By Sportinmalta On March 11, 2016 @ 2:40 pm In Featured,Handball,Other | No Comments

Gavin Muscat

Kif kien mistenni, il-kampjonat tal-irġiel tal-ewwel diviżjoni se jiġi deċiż fl-aħħar ġurnata. Iż-żewġ timijiet fil-quċċata tal-klassifika, Aloysians Von Taine u Luxol, rebħu l-konfronti tagħhom kontra Kavallieri RS2 u HMS Parthenope rispettivament.

———————————————————————————

Fil-partita l-oħra, Swieqi Gasan Mamo Phoenix iddominaw l-eks-Champions La Salle Unique biex kisbu t-tielet post.Fl-ewwel partita, dik bejn La Salle u Swieqi Phoenix, it-tim ta’ Phoenix għeleb lil dak ta’ La Salle bir-riżultat konvinċenti ta’ 27-18.

La Salle, li kellhom lill-goalkeeper John Scicluna nieqes, bdew b’saħħithom meta l-captain, Maurice Meli, fetaħ l-iskor wara pass preċiż mill-goalkeeper żagħżugħ Thomas Bayliss. Swieqi rrispondew permezz ta’ Mark Borg, Christian Olschleger u Jeremy Fenech. Bi Swieqi b’ difiża kompatta La Salle sabuha diffiċli ferm biex jinfduha tant li l-ewwel taqsima spiċċat 8-17 favur Phoenix.

Fit-tieni taqsima La Salle wettqu reazzjoni billi saħħew id-difiża u organizzaw l-attakk. Madanakollu Swieqi għarfu jikkontrollaw il-logħba u żammew il-vantaġġ.

Il-plejer ta’ Phoenix Krisztian Ocshleger, awtur ta’ disa’ gowls, ġie vvotat bħala l-aħjar player

tal-logħba.

Iż-żewġ uffiċjali tal-logħba kienu Alan Grima u Noel Fsadni.

———————————————————————————

Il-logħba bejn Luxol u Kavallieri rat lit-tim ta’ Luxol jegħleb lil dak tal-Kavallieri bl-iskor ta’ 31-25.

Luxol, li kellhom bżonn rebħa sabiex jibqgħu fit-tellieqa għar-rebħ tal-kampjonat, kienu aktar determinati. Wara l-ewwel 10 minuti l-iskor kien 5-5 iżda mal-ħin Luxol ħarġu fuq l-offensiva b’hekk l-ewwel taqsima ntemmet 17-10 favur Luxol.

Fit-tieni taqsima ż-żewġ timijiet taw botta u risposta lil xulxin. Fil-fatt, fit-tieni parti tal-logħba, Kavallieri skurjaw gowl aktar minn Luxol. Madanakollu Luxol ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 31-25.

Il-plejer tal-Luxol, David Kocsis, ġie vvotat l-aħjar player tal-logħba.

Iż-żewġ uffiċjali tal-logħba kienu Alan Grima u Stefan Desira.

———————————————————————————

Fl-aħħar logħba tal-ġurnata, it-tim ta’ Aloysians għeleb lil dak ta’ HMS bl-iskor ta’ 30-19.

L-ewwel taqsima spiċċat 20-10 favur Aloysians

Il-plejer tal-logħba kien Philip Mifsud filwaqt li ż-żewġ uffiċjali kienu Daniel u Michael Tanti.

-Top Scorers

  1. Christian Mc Clean – (Kavallieri) 97 gowl
  2. Chris Magro – (La Salle) 86 gowl
  3. Krisztian Ocshleger – (Swieqi Phoenix) 54 gowl

———————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Aloysians vs HMS

———————————————————————————————————————————————————-

La Salle vs Phoenix

———————————————————————————————————————————————————-

Luxol vs Kavallieri

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/handball-kampjonat-se-jigi-deciz-fl-ahhar-gurnata/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.